Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-Reġistru Ewropew tal-Edukazzjoni Terzjarja

X'inhu?

Ir-Reġistru Ewropew tal-Edukazzjoni Terzjarja (ETER) hu bażi ta’ dejta ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja (HEIs) fl-Ewropa, li bħalissa jinkludi 36 pajjiż u 2,673 HEI; 29 pajjiż ipprovdew sett sħiħ ta’ dejta għall-2,250 HEI. ETER jippreżenta informazzjoni komparabbli b'intestaturi bħan-numri ta’ persunal u studenti, l-oqsma tas-suġġetti koperti, l-attività tar-riċerka u l-infiq.

Għala qed isir?

Il-Ministri fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja impenjaw ruħhom li s-sistemi ta’ edukazzjoni għolja jsiru eħfef għall-pubbliku, u speċjalment għall-istudenti u min iħaddem, l-aktar billi jingħata appoġġ għat-titjib tal-għodod ta’ trasparenza biex tinġabar evidenza empirika. Ir-Reġistru Ewropew tal-Edukazzjoni Terzjarja (ETER) hu għodda prinċipali għal dan billi jipprovdi firxa usa’ ta’ informazzjoni bażika paragunabbli dwar l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Se jkun utli wkoll għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex iqabblu l-profili tagħhom ma’ oħrajn (biex jidentifikaw sħab ta’ riċerka jew edukattivi, pereżempju, jew li jinstabu opportunitajiet għal speċjalizzazzjoni) u għal dawk li jfasslu l-politika li jridu jmexxu s-sistema ta’ edukazzjoni għolja b’mod ġenerali.

X'sar sa issa?

L-ewwel riżultati ta' ETER jinsabu fil-websajt ETER.

 

How can we help?