Mogħdija tan-navigazzjoni

Suppliment tad-Diploma

X'inhu?

Is-Suppliment tad-Diploma (SD) huwa dokument li jakkumpanja diploma ta’ edukazzjoni għolja, li jipprovdi deskrizzjoni standardizzata tan-natura, il-livell, il-kuntest, il-kontenut u l-istatus tal-istudji li tlestew mid-detentur tad-diploma. Huwa prodott mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja skont standards miftiehma bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UNESCO. Is-Suppliment tad-Diploma hu parti wkoll mill-għodod ta' trasparenza tal-qafas Europass.

Is-suppliment hu mfassal bħala għajnuna (iżda mhux garanzija) għar-rikonoxximent – mhux CV jew sostitut għall-kwalifika oriġinali.

Għandu dawn it-tmien sezzjonijiet ta’ informazzjoni:

Il-gradwati fil-pajjiżi kollha li jipparteċipaw fil-Proċess ta' Bolonja għandhom id-dritt li jirċievu s-Suppliment tad-Diploma awtomatikament, bla ħlas u f'lingwa Ewropea prinċipali.

X'inhuma l-benefiċċji?

Għall-istudenti:

  • kwalifika li tinqara aktar faċilment u li hi faċilment komparabbli barra mill-pajjiż;
  • deskrizzjoni preċiża tal-karriera akkademika tagħhom u l-kompetenzi miksuba matul l-istudji tagħhom;
  • aċċess aktar faċli għal opportunitajiet ta’ xogħol jew aktar studji barra l-pajjiż.


Għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja;

  • kwalifiki aktar trasparenti (grazzi għal rikonoxximent professjonali u akkademiku aktar faċli);
  • awtonomija nazzjonali/istituzzjonali kontinwa fi ħdan qafas komuni aċċettat fl-Ewropa kollha;
  • ġudizzji informati dwar kwalifiki li jistgħu jinftiehmu f’kuntesti edukattivi oħrajn;
  • viżibilità akbar tal-istituzzjoni barra mill-pajjiż;
  • prospetti ta’ xogħol aħjar għall-gradwati tagħhom, kemm f’pajjiżhom kif ukoll barra minn pajjiżhom;
  • iffrankar tal-ħin – billi jwieġeb ħafna mill-mistoqsijiet spissi tal-istituzzjonijiet dwar il-kontenut u l-portabilità tal-kwalifiki tagħhom.
 

How can we help?