X'inhu?

Ir-Reġistru Ewropew tal-Edukazzjoni Terzjarja (ETER) hu l-bażi tad-dejta tal-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fl-Ewropa.

L-ETER jipprovdi dejta dettaljata dwar 2,465 istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li jospitaw aktar minn 17-il miljun student fil-livelli tal-Baċċellerat, tal-Master’s u tal-PhD. Hi u tkopri 32 pajjiż Ewropew, id-dejta tinkludi kemm id-daqs tal-università, in-numru u s-sess tal-istudenti u tal-istaff, l-oqsma tas-suġġetti u l-livelli tad-diplomi, kif ukoll informazzjoni dwar ir-riċerka, l-istudenti u l-istaff internazzjonali, u l-finanzjament.

Billi juża informazzjoni minn awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, l-ETER jikkomplementa dejta oħra dwar il-prestazzjoni universitarja, bħal U-Multirank, u l-istatistika abbażi tal-livell tas-sistema tal-edukazzjoni għolja (UNESCO-UIS/OECD/Eurostat).

Għaliex qed isir dan?

Il-Ministri fil-Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Għolja impenjaw ruħhom li s-sistemi ta’ edukazzjoni għolja jsiru eħfef għall-pubbliku, u speċjalment għall-istudenti u min iħaddem, l-aktar billi jingħata appoġġ għat-titjib tal-għodod ta’ trasparenza biex tinġabar evidenza empirika.

Ir-Reġistru Ewropew tal-Edukazzjoni Terzjarja hu għodda prinċipali għal dan billi jipprovdi firxa usa’ ta’ informazzjoni bażika paragunabbli dwar l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Se jkun utli wkoll għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex iqabblu l-profili tagħhom ma’ oħrajn (biex jidentifikaw imsieħba ta’ riċerka jew edukattivi, pereżempju, jew li jinstabu opportunitajiet għal speċjalizzazzjoni) u għal dawk li jfasslu l-politika li jridu jmexxu s-sistema ta’ edukazzjoni għolja b’mod ġenerali.

X'sar sa issa?

L-ewwel riżultati tal-ETER jinsabu fis-sit web tal-ETER. Mill-20 ta’ Ġunju 2016 interface ġdid faċli li jintuża jagħti aċċess eħfef għad-dejta.