X'inhi?

L-ECTS hi sistema ta’ krediti maħsuba biex ikun aktar faċli għall-istudenti biex jiċċaqilqu bejn pajjiżi differenti. Billi huma bbażati fuq il-kisbiet u l-ammont ta’ xogħol ta’ kors, student jista’ jittrasferixxi l-krediti tal-ECTS tiegħu minn università għal oħra sabiex jingħaddu flimkien biex jikkontribwixxu għal programm ta’ diploma jew ta’ taħriġ tal-individwu.

L-ECTS tgħin sabiex it-tagħlim isir aktar iċċentrat fuq l-istudent. Hi għodda ċentrali tal-Proċess ta’ Bologna, li jimmira li jagħmel is-sistemi nazzjonali aktar kompatibbli.

L-ECTS tgħin ukoll bl-ippjanar, bit-twassil u bl-elevazzjoni ta’ programmi ta’ studji, u tagħmilhom aktar trasparenti.

Għaliex hi meħtieġa?

Id-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali jistgħu jwasslu għal problemi fir-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi minn pajjiżi oħrajn u ta' perjodi ta’ studju f’pajjiż barrani. Aktar trasparenza fil-kisbiet tat-tagħlim tissimplifika r-rikonoxximent tal-istudji magħmulin f’pajjiżi oħrajn.

L-ECTS tagħmilha wkoll possibbli li jingħaqdu flimkien tipi differenti ta’ tagħlim, bħat-tagħlim universitarju u dak ibbażat fuq ix-xogħol, fl-istess programm ta’ studju jew f’perspettiva ta’ tagħlim matul il-ħajja.

Kif taħdem?

Il-krediti tal-ECTS jirrappreżentaw l-ammont ta’ xogħol u r-riżultati definiti tat-tagħlim (“dak li l-individwu jaf, jifhem u kapaċi jagħmel”) ta’ kors jew ta’ programm partikulari. 60 kreditu huma l-ekwivalenti ta’ sena sħiħa ta’ studju jew ta’ xogħol. F’sena akkademika standard, 60 kreditu normalment jinqasmu f’diversi komponenti iżgħar.

Diploma tipika tal-“ewwel ciklu” (jew Baċellerat), tikkonsisti minn 180 jew 240 kreditu, filwaqt li Diploma tat-“tieni ċiklu” (jew Master’s), tikkonsisti f’90 jew 120 kreditu, b’tal-anqas 60 kreditu fit-tieni livell taċ-ċiklu. L-użu tal-ECTS fit-“tielet ċiklu” (jew fil-livell tal-Ph.D) ivarja.

L-ECTS ġiet adottata mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA), u qed jiżdied l-użu tagħha bnadi oħra. Il-Gwida għall-Utenti tal-ECTSpdf(2 Mb) tiddeskrivi s-sistema tal-krediti tal-ECTS, u kif tintuża. L-ECTS tinuża wkoll f’dokumenti oħrajn li jgħinu sabiex tiġi organizzata l-mobbiltà tal-istudenti, inklużi:

L-ECTS tgħin ukoll sabiex dokumenti oħrajn bħas-Suppliment tad-Diploma jkunu aktar ċari u aktar faċli li jintużaw f’pajjiżi differenti.

Skopri aktar