Mogħdija tan-navigazzjoni

Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET)

Għaliex hemm il-qafas?

Il-Qafas Ewropew ta' Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità (EQAVET) huwa strument ta’ referenza mfassal biex jgħin lill-pajjiżi tal-UE jippromwovu u jissorveljaw it-titjib kontinwu tas-sistemi tagħhom ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fuq il-bażi ta’ referenzi maqbula b’mod komuni. Il-qafas għandu mhux biss jikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità tal-ETV iżda wkoll, billi tinbena fiduċja reċiproka bejn is-sistemi tal-ETV, ikun aktar faċli għal pajjiż li jaċċetta u li jirrikonoxxi l-ħiliet u l-kompetenzi akkwistati minn dawk li qed jitgħallmu f’pajjiżi u ambjenti ta’ tagħlim differenti.

Il-pajjiżi tal-UE jużaw il-qafas sabiex itejbu s-sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità b’mod li jinvolvi l-partijiet interessati rilevanti kollha. Dan jinkludi:

  • it-twaqqif ta’ punti nazzjonali ta’ referenza ta’ assigurazzjoni tal-kwalità;
  • il-parteċipazzjoni attiva fin-netwerk rilevanti fil-livell Ewropew;
  • l-iżvilupp ta' strateġija nazzjonali mmirata għat-titjib tas-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-aħjar użu possibbli tal-qafas.

EQAVET hija sistema volontarja li għandha tintuża mill-awtoritajiet pubbliċi u entitajiet oħrajn involuti fl-assigurazzjoni tal-kwalità

 

How can we help?