Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)

L-għan tas-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) huwa li:

  • tagħmilha eħfef għan-nies biex jiksbu validazzjoni u rikonoxximent ta’ ħiliet u għarfien relatat max-xogħol miksuba f’sistemi u pajjiżi differenti – sabiex ikunu jistgħu jgħoddu lejn kwalifiki vokazzjonali;
  • tagħmilha aktar attraenti li wieħed jiċċaqlaq bejn pajjiżi u ambjenti ta’ tagħlim differenti;
  • iżżid il-kompatibbiltà bejn id-diversi sistemi ta' edukazzjoni vokazzjonali u tat-taħriġ (ETV) fis-seħħ fl-Ewropa, u l-kwalifiki li joffru;
  • tkabbar l-impjegabbiltà tal-gradwati tal-ETV u l-fiduċja ta’ dawk li jħaddmu li kull kwalifika ta’ ETV teħtieġ ħiliet u għarfien speċifiċi.
 

How can we help?