X’inhu r-rwol tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ?

Kull pajjiż tal-UE huwa responsabbli għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tiegħu. Il-politika tal-UE hija magħmulha biex tappoġġja azzjoni nazzjonali u tgħin tindirizza sfidi komuni, bħal soċjetajiet li qed jixjieħu, nuqqasijiet ta' ħiliet fil-forza tax-xogħol български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Malti (mt) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , żviluppi teknoloġiċi u kompetizzjoni dinjija. Edukazzjoni u Taħriġ 2020 (ET 2020) huwa qafas għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

ET 2020 huwa forum għal skambji tal-aħjar prattiki, tagħlim reċiproku, ġbir u tqassim ta' informazzjoni u statistika u evidenza ta' dak li jaħdem, kif ukoll parir u appoġġ għal riformi tal-politika.

Sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni ta' ET 2020 tirnexxi, Gruppi ta' Ħidma English (en) magħmula minn esperti maħtura mill-pajjiżi membri u partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn jaħdmu fuq għodod komuni u gwida ta' politika fil-livell tal-UE.

Il-finanzjament għall-appoġġ ta' politika u proġetti innovattivi hu disponibbli permezz ta' Erasmus+ għal attivitajiet li jippromwovu t-tagħlim u l-edukazzjoni fil-livelli kollha u għall-gruppi tal-etajiet kollha.

Fl-2009, ET 2020 waqqaf erba' għanijiet komuni tal-UE biex jindirizza sfidi fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ sal-2020:

Għall-2020 ġew stabbiliti għall-edukazzjoni l-punti ta' referenza tal-UE li ġejjin:

X'sar s'issa?

Fl-2014, il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE kienu involuti f’eżerċizzju ta’ rendikont sabiex jivvalutaw il-progress li sar mir-Rapport Konġunt tal-2012 ’l hawn u jgħinu fit-tħejjija tal-prijoritajiet li ġejjin għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni fil-livell Ewropew.

Il-kontribuzzjonijiet li ġejjin ġew riċevuti:

  • Rapporti Nazzjonali ET 2020
  • Evalwazzjoni indipendenti ta' ET 2020 mill-kuntrattur Ecorys
  • Il-Forum annwali dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ u ż-Żgħażagħ (9-10 ta’ Ottubru 2014)
  • Input mill-partijiet ikkonċernati

Abbażi tal-konklużjonijiet tar-rendikont, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet sitt prijoritajiet ġodda għall-2016-2020. Ir-Rapport Konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri kien adottat fil-Kunsill tal-Edukazzjoni f'Novembru 2015.

Xi jmiss?

Il-progress fuq il-punti attwali ta’ referenza tal-UE български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Malti (mt) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) jiġi vvalutat kull sena fil-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qablu dwar prijoriatjiet komuni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-2020. L-enfasi issa se tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-prijoritajiet, partikolarment permezz tal-Gruppi ta' Ħidma ta' ET 2020 English (en).

 

Aktar informazzjoni

L-eżerċizzju ta' rendikont dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ ta' ET 2020
Rapporti Nazzjonali ta' ET 2020

Input mill-partijiet ikkonċernati

  • Edukazzjoni u Taħriġ 2020 - BUSINESSEUROPE pdf(81 kB) English (en)
  • Edukazzjoni u Taħriġ 2020 - CEEP pdf(535 kB) English (en)
  • Edukazzjoni u Taħriġ 2020 - EFEE pdf(107 kB) English (en)
  • Edukazzjoni u Taħriġ 2020 - ETUC u ETUCE pdf(564 kB) English (en)
  • Edukazzjoni u Taħriġ 2020 - EUCIS-LLL pdf(605 kB) English (en)
  • Edukazzjoni u Taħriġ 2020 - UEAPME pdf(176 kB) English (en)

Leġiżlazzjoni / inizjattivi tal-UE