Mogħdija tan-navigazzjoni

ara s-sejħiet kollha

L-iżvilupp tal-Ħiliet

Dwar xiex inhu?

Is-suq tax-xogħol qed jevolvi l-ħin kollu. Il-ħiliet, il-kompetenzi, u l-kwalifiki li n-nies ikollhom bżonn jinbidlu biż-żmien. Biex jiġu indirizzati dawn il-bidliet hemm bżonn li n-nies ikunu mgħammra b’varjetà ta’ ħiliet bażiċi, inklużi l-qari u l-kitba, il-matematika, il-lingwi barranin, ix-xjenza u l-ħiliet diġitali.

Ħiliet trasversali, bħall-abbiltà li wieħed jitgħallem u li jieħu l-inizjattiva, għandhom jgħinu lin-nies jiffaċċjaw il-mogħdijiet varjati u li ma jistgħux jitbassru tal-karriera tal-lum il-ġurnata. Ħiliet intraprenditorjali se jgħinu kemm biex jikkontribwixxu għall-impjegabilità taż-żgħażagħ b'mod partikulari, kif ukoll biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' negozji ġodda.

Barra minn hekk hu importanti li jiġu identifikati u mmaniġġjati aħjar id-disponibilità tal-ħiliet, il-kompetenzi, u l-kwalifiki meħtieġa, u l-għajnuna fil-prevenzjoni tan-nuqqasijiet u l-inkoerenzi fil-ħiliet. Hi vitali l-komunikazzjoni effettiva bejn is-suq tax-xogħol u s-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

X'sar s'issa?

Inizjattivi Ewropej għal ħiliet li qed jiżviluppaw:

Inizjattivi Ewropej għall-immaniġġjar tad-disponibilità ta’ ħiliet meħtieġa:

  • ESCO hi l-klassifikazzjoni multilingwi tal-Ħiliet, il-Kompetenzi, il-Kwalifiki u l-Okkupazzjonijiet Ewropej. Hi tintroduċi terminoloġija standard b'25 lingwa Ewropea u tikkategorizza ħiliet, kompetenzi, kwalifiki u okkupazzjonijiet rilevanti għas-suq tax-xogħol tal-UE u l-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • Il-Panorama Ewropea tal-Ħiliet tgħin fil-monitoraġġ regolari tal-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-valutazzjoni tal-ħiliet fil-livell nazzjonali u Ewropew. Hi punt ta’ aċċess ċentrali li jipprovdi dejta, informazzjoni u intelliġenza dwar ix-xejriet tal-ħiliet fl-okkupazzjonijiet u s-setturi fil-livell nazzjonali u tal-UE.
X'inhuma l-passi li jmiss?
  • L-adattament b'mod konsistenti ta' ESCO għar-realtà tas-suq tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ
  • L-implimentazzjoni ta' ESCO fis-CV Europass, il-Panorama Ewropea tal-Ħiliet , u EURES
  • Monitoraġġ kontinwu tat-tendenzi tal-ħiliet u d-domanda – Panorama tal-UE tal-Ħiliet