Mogħdija tan-navigazzjoni

Politiki dwar l-edukazzjoni u taħriġ ibbażati fuq l-evidenza

Dwar xiex inhuma?

Bażi ta' evidenza b’saħħitha u analiżi soda huma elementi ewlenin għal diskussjonijiet infurmati ta’ politika u għall-iżviluppi tal-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu minn firxa ta' sorsi, inklużi punti ta' referenza u indikaturi ewlenin, studji, stħarriġiet internazzjonali, u analiżijiet sekondarji, biex tiżgura li dan l-approċċ hu inkluż b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku.

Il-punti ta' referenza Ewropej jimmiraw lejn il-livell li għandu jintlaħaq sal-2020 fl-oqsma ta':

  • l-abbandun tal-iskola qabel iż-żmien,
  • it-tlestija tal-edukazzjoni għolja,
  • il-ħiliet bażiċi,
  • l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija,
  • it-tagħlim tul il-ħajja,
  • it-tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol,
  • il-mobbiltà bejn il-pajjiżi.

L-indikaturi ewlenin huma wkoll użati biex jiġi mmonitorjat il-progress f'għadd ta' oqsma prijoritarji addizzjonali li attwalment mhumiex koperti mill-punti ta' referenza, bħal-lingwi, il-ħiliet tal-adulti, l-għalliema, l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-ICT fl-edukazzjoni, l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u l-VET.

X'qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea?

Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ annwali jistabbilixxi l-progress fuq il-punti ta' referenza u l-indikaturi ewlenin tal-ET 2020, inkluża l-mira fuq quddiem nett ta' Ewropa 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan juri l-evoluzzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ mal-Ewropa kollha. Hu akkumpanjat minn 28 rapport tal-pajjiżi individwali u għodda ta’ viżwalizzazzjoni onlajn.

Biex ikun iffaċilitat id-djalogu mal-pajjiżi tal-UE dwar kwistjonijiet ġodda u emerġenti, il-Kummissjoni Ewropea tidderieġi wkoll studji u tieħu minn analiżijiet, tbassir u informazzjoni tal-livell tas-sistema minn organizzazzjonijiet, aġenziji, u servizzi tal-Kummissjoni oħrajn.

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem ukoll ma' EURYDICE, Cedefop, u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka biex ittejjeb it-tagħrif tagħha dwar is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

X'sar s'issa?

Arranġament ta' Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni u l-Ħiliet ġie ffirmat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, u l-istħarriġiet internazzjonali ġew identifikati bħala wieħed mill-oqsma ewlenin ta' interess. Fl-2013 il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD ippubblikaw flimkien ir-riżultati ta' żewġ valutazzjonijiet dwar il-ħiliet, il-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) u l-Istħarriġ għall-Ħiliet tal-Adulti (PIAAC).

Il-kooperazzjoni mal-OECD tkopri wkoll strateġiji ta’ ħiliet, l-istituzzjonijiet intraprenditorjali u l-effiċjenza tas-sistemi tal-iskejjel.

X'inhuma l-passi li jmiss?
 

How can we help?