Mogħdija tan-navigazzjoni

Qafas strateġiku – Edukazzjoni u Taħriġ 2020

X’inhu r-rwol tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ?

Kull pajjiż tal-UE huwa responsabbli għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tiegħu. Il-politika tal-UE hija magħmulha biex tappoġġja azzjoni nazzjonali u tgħin tindirizza sfidi komuni, bħal soċjetajiet li qed jixjieħu, nuqqasijiet ta' ħiliet fil-forza tax-xogħol, żviluppi teknoloġiċi u kompetizzjoni dinjija. Edukazzjoni u Taħriġ 2020 (ET 2020) huwa qafas għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

ET 2020 huwa forum għal skambji tal-aħjar prattiki, tagħlim reċiproku, ġbir u tqassim ta' informazzjoni u statistika u evidenza ta' dak li jaħdem, kif ukoll parir u appoġġ għal riformi tal-politika.

Sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni ta' ET 2020 tirnexxi, Gruppi ta' Ħidma magħmula minn esperti maħtura mill-pajjiżi membri u partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn jaħdmu fuq għodod komuni u gwida ta' politika fil-livell tal-UE.

Il-finanzjament għall-appoġġ ta' politika u proġetti innovattivi hu disponibbli permezz ta' Erasmus+ għal attivitajiet li jippromwovu t-tagħlim u l-edukazzjoni fil-livelli kollha u għall-gruppi tal-etajiet kollha.

Fl-2009, ET 2020 waqqaf erba' għanijiet komuni tal-UE biex jindirizza sfidi fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ sal-2020:

Għall-2020 ġew stabbiliti għall-edukazzjoni l-punti ta' referenza tal-UE li ġejjin:

X'sar s'issa?

Fl-2014, il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE kienu involuti f’eżerċizzju ta’ rendikont sabiex jivvalutaw il-progress li sar mir-Rapport Konġunt tal-2012 ’l hawn u jgħinu fit-tħejjija tal-prijoritajiet li ġejjin għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni fil-livell Ewropew.

Il-kontribuzzjonijiet li ġejjin ġew riċevuti:

  • Rapporti Nazzjonali ET 2020
  • Evalwazzjoni indipendenti ta' ET 2020 mill-kuntrattur Ecorys
  • Il-Forum annwali dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ u ż-Żgħażagħ (9-10 ta’ Ottubru 2014)
  • Input mill-partijiet ikkonċernati

Abbażi tal-konklużjonijiet tar-rendikont, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet sitt prijoritajiet ġodda għall-2016-2020. Ir-Rapport Konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri kien adottat fil-Kunsill tal-Edukazzjoni f'Novembru 2015.

Xi jmiss?

Il-progress fuq il-punti attwali ta’ referenza tal-UE jiġi vvalutat kull sena fil-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qablu dwar prijoriatjiet komuni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-2020. L-enfasi issa se tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-prijoritajiet, partikolarment permezz tal-Gruppi ta' Ħidma ta' ET 2020.

 

How can we help?