Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ hija pubblikazzjoni annwali li turi l-evoluzzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE. Tikkontribwixxi għall-objettivi tal-UE dwar il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020); l-istrateġija ġenerali tal-Kummissjoni għat-tkabbir u l-impjiegi (Ewropa 2020) u ċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.

Il-Monitoraġġ juri l-progress tal-UE u tal-pajjiżi lejn:

  • Il-miri tal-Ewropa 2020 fuq l-abbandun bikri tal-iskola u l-kisba ta’ edukazzjoni terzjarja
  • Il-parametri referenzjarji tal-Edukazzjoni u Taħriġ 2020 dwar il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, it-tagħlim tal-adulti, il-ksib ta’ riżultati ħżiena fil-ħiliet bażiċi, u l-impjegabbiltà ta’ gradwati reċenti
  • Temi ta’ prijorità trasversali, bħalma huma l-finanzjament tal-edukazzjoni u l-iżvilupp professjonali tal-għalliema

Bil-paragun internazzjonali u l-analiżi tal-pajjiż, il-Monitoraġġ jipprovdi dibattitu fuq temi ta’ prijorità għall-edukazzjoni u t-taħriġ, ikebbes dibattiti dwar riformi fl-edukazzjoni nazzjonali, u huwa sors ta’ informazzjoni affidabbli u aġġornat għat-tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri tal-UE.

Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ jiddependi fuq għadd kbir ta’ sorsi kwalitattivi u kwantitattivi, inklużi d-dejta tal-Eurostat, l-OECD studji u sondaġġi, analiżi tas-sistemi edukattivi mwettqa min-netwerk Eurydice, analiżi kwantitattiva ta’ settijiet ta’ dejta ta’ stħarriġ, u netwerks akkademiċi.

Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2016

bnadar ©Alhovik

Mistoqsijiet

Il-mistoqsijiet dwar l-edizzjoni tal-2016 tal-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, kif ukoll it-talbiet għad-dejta li fuqha t-tabelli u ċ-ċifri huma bbażati, għandhom jintbagħtu lil eac-monitor@ec.europa.eu

Tista' wkoll issegwina fuq Twitter, billi tuża @EUErasmusplus u #ETMonitor.