Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-ftuħ tal-edukazzjoni permezz ta’ teknoloġiji ġodda

X'inhu?

It-tagħlim miftuħ u flessibbli huwa dwar l-esplorazzjoni sħiħa tal-potenzjal tal-ICT sabiex jitjiebu s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jsiru konformi fid-dinja diġitali attwali.

L-għodda tal-ICT, ir-Riżorsi Miftuħa tal-Edukazzjoni, u l-prattiki miftuħa jippermettu żieda fl-effikaċja tal-edukazzjoni u b'hekk ikun hemm aktar tagħlim personalizzat, esperjenza aħjar tat-tagħlim u titjib fl-użu tar-riżorsi. Dawn il-miżuri wkoll jippromwovi l-ekwità billi tiżdied id-disponibbiltà tal-għarfien.

Fl-aħħar nett, il-ftuħ tal-edukazzjoni jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn l-individwi kollha jistgħu jitgħallmu l-ħin kollu, kullimkien, bl-appoġġ ta' kwalunkwe persuna oħra u bl-użu ta' kwalunkwe apparat.

Għaliex huma meħtieġa?

L-Ewropa u d-dinja qed jaffaċċjaw domanda li dejjem tikber għall-edukazzjoni u l-mira tal-UE2020 ta' 40% fil-kisba ta' edukazzjoni terzjarja teħtieġ żieda fil-forniment. Filwaqt li huwa stmat li 414 miljun student mistenni li jkunu fl-edukazzjoni għolja fid-dinja sal-2030, ir-riġidità fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħmilha impossibbli li dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati.

L-Ewropa qed taffaċċja wkoll defiċit tal-ħiliet u, waqt żmien ta' kriżi ekonomika, l-individwi b'livell ogħla ta' ħiliet aktar għandhom ċans isibu impjieg. Bi stima ta’ 90% tal-impjiegi jeħtieġu ħiliet diġitali fil-futur qarib, huwa għalhekk essenzjali li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jipprovdu individwi bil-ħiliet meħtieġa.

Fl-istess ħin, qed jitfaċċaw fornituri ġodda tal-edukazzjoni, u dawn qed jirriżultaw kemm b'soluzzjonijiet kif ukoll fi sfidi għall-istudenti u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni. Permezz tal-inizjattiva Niftħu l-Edukazzjoni, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni qed jingħataw opportunità biex janalizzaw il-mudelli ta' organizzazzjoni tagħhom u biex jaraw jekk humiex meħtieġa tibdiliet biex jittrasformaw l-isfidi f'opportunitajiet.

Fl-aħħar nett, hemm pressjoni ta' flus ċara fis-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ. Hekk kif ħafna Stati Membri qed inaqqsu l-investiment pubbliku fl-edukazzjoni, hemm ħtieġa għal soluzzjonijiet għal użu aktar effettiv tar-riżorsi, kif ukoll miżuri biex inaqqsu l-ispejjeż għall-familji.

X'sar s'issa?

Il-Kummissjoni Ewropea varat l-inizjattiva Niftħu l-Edukazzjoni f'Settembru 2013, u ppreżentat l-azzjonijiet li se timplimenta l-KE, inkluża l-orjentazzjoni ta' politika għall-operazzjonijiet iffinanzjati mill-programmi Erasmus+ u Orizzont 2020.

L-inizjattiva varat ukoll il-portal OpenEducationEuropa.eu, immirat biex jappoġġja lill-utenti (għalliema jew studenti) sabiex isibu r-Riżorsi ta' Edukazzjoni Miftuħa rilevanti u biex ikabbar il-viżibbiltà tal-ħafna riżorsi ta' kwalità għolja li qed jiġu pprodotti fl-Ewropa.

X'inhuma l-passi li jmiss?

Il-Kummissjoni se tipprovdi l-finanzjament għall-istituzzjonijiet li qed jaħdmu f'dan il-qasam permezz ta' Erasmus+ u Orizzont 2020. Il-Proġetti ffinanzjati permezz ta' Erasmus+ se jkollhom Rekwiżiti ta' Aċċess Miftuħ għall-materjal edukattiv tagħhom u dan ifisser li l-materjal irid ikun aċċessibbli b'mod miftuħ u mingħajr ħlas permezz ta' liċenzji miftuħa.

Il-Kummissjoni qed tħejji samit Ewropew dwar l-Edukazzjoni permezz tal-IT mal-Presidenza Taljana futura tal-Kunsill.

 

How can we help?