X'inhi?

Filwaqt li r-responsabilità għas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ hija tal-Istati Membri, l-UE għandha rwol importanti fl-appoġġ u ż-żieda fl-isforzi għat-titjib u l-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni tagħhom.

F’ekonomija globalizzata u bbażata fuq l-għarfien, l-Ewropa teħtieġ forza tax-xogħol b'livell tajjeb ta' ħiliet sabiex ikun żgurat li tkun tista’ tikkompeti f’termini ta’ produttività, kwalità, u innovazzjoni. Madankollu, evidenza reċenti tissuġġerixxi li hemm diskrepanza dejjem tikber bejn il-ħiliet tal-forza tax-xogħol u tas-suq tax-xogħol, fatturi li jikkontribwixxu għall-qgħad u jillimitaw it-tkabbir ekonomiku.

Il-prijoritajiet jinkludu:

  • l-allinjament tal-ħiliet mas-suq tax-xogħol f'konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020,
  • it-tnaqqis tal-għadd ta' dawk li jħallu l-iskola kmieni għal inqas minn 10%, u
  • iż-żieda tas-sehem ta' gradwati mill-edukazzjoni terzjarja għal tal-inqas 40% sal-2020.

Kif taħdem?

L-UE twettaq analiżi tal-pajjiż biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-politika ta’ edukazzjoni u taħriġ tagħhom. Din tindirizza l-isfidi li huma identifikati fil-livell tal-UE, f’dak nazzjonali, u f’dak reġjonali, u timmira li tivvaluta l-progress fil-livell nazzjonali u tidentifika r-riformi, kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ investiment.

Fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, tinħareġ serje ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fl-ewwel nofs tas-sena (is-Semestru Ewropew) biex jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw l-iktar sfidi urġenti.

Barra dan, kull sena l-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ jivvaluta l-progress skont sett ta' punti ta' riferiment, idissinjat biex jikkontribwixxi għal tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u biex jidentifika l-isfidi.

X'inhuma l-passi li jmiss?

Il-monitoraġġ tar-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-progress u l-isfidi tagħha għar-reviżjoni li jmiss tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Aktar informazzjoni

Sejbiet ewlenin għal kull wieħed mit-28 Stat Membru huma disponibbli wkoll għal: