Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-professjonijiet tal-għalliema

Dwar xiex inhi?

It-tagħrif, il-ħiliet u l-attitudnijiet ta’ kull wieħed u waħda minn 6 miljun għalliem u għalliema fl-Ewropa huma ta’ importanza kbira. Il-kwalità tat-tagħlim għandu effett dirett fuq il-kisba tal-istudenti.

It-talbiet li jsiru fuq l-għalliema, kapijiet tal-iskejjel, u l-edukaturi tal-għalliema qed jiżdiedu u jinbidlu. Huma qed jintalbu jilagħbu rwol ewlieni fl-immodernizzar tal-edukazzjoni. Biex jagħmlu dan, jeħtiġilhom jiżviluppaw it-tagħrif u l-ħiliet tagħhom. Kemm l-edukazzjoni inizjali kif ukoll l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ogħla kwalità, u l-aċċess għall-appoġġ matul il-karrieri tagħhom huma importanti.

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-pajjiżi tal-UE biex jogħlew l-istandards tat-tagħlim u l-edukazzjoni tal-għalliema billi

X'sar s'issa?

Żewġ rapporti tekniċi komprensivi dwar l-għalliema u l-prattiki ta’ tagħlim kienu rilaxxati flimkien f’Ġunju 2015:

  • L-analiżi sekondarja tal-Kummissjoni Ewropea/JRC-CRELL dwar il-prestazzjonijiet ta' PIRLS, TIMSS, PISA u TALIS mill-pajjiżi Ewropej.
  • Ir-rapport tekniku tal-Kummissjoni Ewropea/EACEA/Eurydice dwar il-professjoni tal-għalliema fl-Ewropa.
  • Id-dokument ta' politikapdf(462 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  tal-Kummissjoni Ewropea li jiddiskuti l-implikazzjonijiet ta' analiżijiet reċenti tal-għalliema Ewropej u tal-prattiki tat-tagħlim.
 

How can we help?