Mogħdija tan-navigazzjoni

L-abbandun tal-iskola qabel iż-żmien

X'inhi l-problema?

L-abbandun tal-iskola qabel iż-żmien hu marbut mal-qgħad, l-esklużjoni soċjali, u l-faqar. Hemm bosta raġunijiet għaliex uħud miż-żgħażagħ iħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien: problemi personali jew familjari, diffikultajiet fit-tagħlim, jew sitwazzjoni soċjo-ekonomika dgħajfa. Il-mod kif is-sistema edukattiva hi stabbilita u l-ambjent fi skejjel individwali huma wkoll fatturi importanti.

Peress li m’hemm ebda raġuni li tiġi abbandunata l-iskola qabel iż-żmien, m'hemm ebda tweġiba faċli. Il-politiki għat-tnaqqis tal-abbandun tal-iskola qabel iż-żmien għandhom jindirizzaw firxa ta’ fatturi u jikkombinaw l-edukazzjoni u l-politika soċjali, il-ħidma maż-żgħażagħ u l-aspetti marbutin mas-saħħa bħalma huma l-użu tad-droga jew problemi mentali u emottivi.

X'sar s'issa?
X'inhuma l-passi li jmiss?

Il-Grupp ta' ħidma tal-politika dwar l-iskejjel se jkompli bil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE.

 

How can we help?