Mogħdija tan-navigazzjoni

Kura u edukazzjoni fit-tfulija bikrija

Għalxiex huma meħtieġa?

L-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija jistgħu jpoġġu l-pedimenti għal suċċess aktar 'il quddiem fil-ħajja f'termi ta' edukazzjoni, benesseri, impjegabilità, u integrazzjoni soċjali, b'mod speċjali għat-tfal li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati.

Is-sistemi tal-edukazzjoni u tal-kura għal tfal żgħar (mit-twelid sal-età ta' edukazzjoni obbligatorja) ivarjaw f'pajjiżi differenti; il-pajjiżi tal-UE qed jikkooperaw biex jiżviluppaw provvediment ta' kwalità għolja u aċċessibbli fl-Istati Membri kollha.

X'sar s'issa?

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prijoritajiet għal edukazzjoni u kura fit-tfulija bikrija – bl-għan li jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tas-servizzi mit-twelid sal-bidu tal-edukazzjoni obbligatorja. Il-ħidma fuq dan bediet fl-2012 b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-partijiet interessati.

Il-prijoritajiet huma:

  • l-iżvilupp tal-gwida tal-politika;
  • l-iżvilupp ta' aktar dejta u riċerka Ewropej;
  • il-promozzjoni tal-użu l-aktar effettiv tal-fondi Ewropej.
X'inhuma l-passi li jmiss?
 

How can we help?