Xi rwol għandha taqdi l-UE biex tippromwovi l-lingwi?

Il-Kummissjoni Ewropea ħerqana ħafna li tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika mal-Ewropa kollha sabiex jittejbu l-ħiliet lingwisitiċi bażiċi.

Hi qed taħdem mal-gvernijiet nazzjonali biex tilħaq mira ambizzjuża: li tagħmilha possibbli li ċ-ċittadini jikkomunikaw b'2 lingwi oħrajn apparti l-lingwa materna. Dan "l-Għan ta' Barċellonapdf" kien sar qbil dwaru fl-2002 mill-kapijiet tal-istati u l-gvernijiet tal-UE. 

Il-Komunikazzjoni 2008 "Il-Multilingwiżmu - vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni" tiddefinixxi l-attivitajiet tal-Kummissjoni f'dan il-qasam. Il-prijoritajiet jinkludu:

  • l-għajnuna lill-pajjiżi tal-UE biex jiżviluppaw għodod edukattivi ġodda biex jiġi żgurat li dawk li jħallu l-iskola jkollhom ħiliet lingwistiċi aħjar;

  • il-ġbir ta' dejta biex jiġi mmonitorjat il-progress fil-mod kif jiġu mgħallmin il-lingwi u fit-tagħlim tal-lingwi u - biex titħeġġeġ il-kapaċità li wieħed jaħkem aktar minn lingwa waħda bħala mod li jtejjeb il-prospetti għax-xogħol u li jippermetti lin-nies li jiċċaqalqu mal-UE;

  • il-premjazzjoni għall-innovazzjoni fil-metodi kif jiġu mgħallmin il-lingwi u t-tagħlim tagħhom.

Għaliex hu meħtieġ?

L-aspirazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun unita fid-diversità tirrinforza l-proġett Ewropew kollu. Il-koeżistenza armonjuża ta' bosta lingwi fl-Ewropa tippersonifika dan. Il-lingwi jistgħu jibnu pontijiet bejn in-nies, jagħtuna aċċess għal pajjiżi u kulturi oħrajn, u jippermettulna nifhmu aħjar lil xulxin.

Ħiliet fil-lingwi barranin għandhom rwol importanti li qed jiżdied u qed jgħinu liż-żgħażagħ jimpjegaw ruħhom aktar malajr u jħejjuhom biex jaħdmu f'pajjiż barrani. Huma wkoll fattur fil-kompetittività; ħiliet lingwistiċi fqar huma l-kawża li minħabba fiha bosta kumpaniji jitilfu kuntratti u jfixklu lill-ħaddiema li għandu mnejn jixtiequ jfittxu impjieg f'pajjiżi barranin.

Madankollu, għad hawn wisq Ewropej li jħallu l-iskola mingħajr għarfien fit-tħaddim tat-tieni lingwa ­ raġuni biżżejjed biex isiru aktar effiċjenti l-metodi ta' kif jingħallmu l-lingwi u t-tagħlim tagħhom.

X'qed isir?

Il-Kummissjoni Ewropea twieġeb għal dawn il-ħtiġijiet billi:

Hi tappoġġja dawn l-attivitajiet permezz ta’:

  • ħidma mal-Kunsill tal-Ewropa u maċ-Ċentru Ewropew tal-Lingwi Moderni tiegħu, li l-enfasi ewlenija tagħhom hi fuq l-innovazzjoni fit-tagħlim tal-lingwi;

  • kooperazzjoni mal-provvedituri tas-servizzi tal-istituzzjonijiet tal-lingwi Ewropej b'mod speċjali d-dipartimenti tat-Traduzzjoni u tal-Interpretazzjoni biex jiġu promossi l-edukazzjoni u t-taħriġ għal-lingwisti;

  • għoti tat-Tikketta Ewropea għal-Lingwi biex jinkuraġġixxu tekniki ġodda għat-tagħlim tal-lingwi.

Finalment, il-programm Erasmus+ joffri opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex itejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom billi jinvolvu ruħhom fit-tagħlim u fit-taħriġ barra pajjjiżhom".