Mogħdija tan-navigazzjoni

Skopri r-Rwol tal-UE

X'inhu d-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura?

Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura, jew DĠ EAC, huwa l-fergħa tal-Kummissjoni Ewropea okkupata mill-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ, l-Isport, il-Lingwi, u l-Kultura.

L-attivitajiet tiegħu, f'dawk li huma edukazzjoni u taħriġ, huma miġbura fl-istrateġija 2020 tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET2020), parti mill-istrateġija Ewropa 2020, imfassla biex tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa, kif ukoll tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' ħiliet għas-suq tax-xogħol.

X'jagħmel?

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, DĠ EAC, huwa responsabbli għall-iżvilupp ta’ politika bbażata fuq l-evidenza u l-ġestjoni ta’ inizjattivi ta’ appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-Ewropa, l-aktar notevoli l-programm Erasmus+.

Bħala l-parti eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tinżamm responsabbli għall-Parlament Ewropew, speċifikament, fil-każ ta' DĠ EAC, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni.

X’inhuma r-responsabbiltajiet?

Ir-responsabbiltà ewlenija tad-DĠ EAC fil-qasam tal-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma l-appoġġ tal-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki koerenti għal:

Huwa responsabli wkoll mill-iżvilupp ta' politiki u strumenti għall-provvista u r-rikonoxximent ta' kapaċitajiet u kwalifiki, kif ukoll għall-appoġġ ta' djalogu dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u d-djalogu politiku.

DĠ EAC huwa responsabbli wkoll mit-tmexxija tal-opportunitajiet ta' edukazzjoni, taħriġ, u riċerka taħt Erasmus+.

X'sar s'issa?

Mill-2010 'l hawn, bl-approvazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, tnedew għadd ta' inizjattivi ewlenin, inklużi:

  • Żgħażagħ Attivi, li għandha l-għan li tgħin tarma liż-żgħażagħ aħjar għas-suq tax-xogħol – li jinkludi żieda fil-litteriżmu ta' dawk b'ħiliet baxxi – u li ttejbilhom il-livelli tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
  • L-Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda, li tinkludi l-litteriżmu bħala parti importanti mit-taħlita tajba ta' ħiliet meħtieġa għas-suċċess fis-suq tax-xogħol tal-ġejjieni.
  • L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, li tagħraf is-sehem tal-litteriżmu diġitali biex wieħed ikun kapaċi jipparteċipa fl-era diġitali.
  • Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, li tipproponi l-iżvilupp ta' edukazzjoni innovattiva għall-komunitajiet imċaħda biex jgħinhom joħorġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Dawn irriżultaw fl-azzjonijiet li ġejjin:

X'inhuma l-passi li jmiss?

ET2020 tiddeskrivi fil-qosor l-għanijiet u r-riżultati mistennija ta’ ħidmietha tul dan id-deċennju u hija gwida prinċipali tal-attivitajiet tad-DĠ. Minbarra l-attivitajiet imsemmija aktar ’il fuq, id-DĠ EAC se jiffoka wkoll fuq:

 

How can we help?