Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Kwalità u r-Rilevanza fl-edukazzjoni għolja

X'inhi?

Edukazzjoni għolja rilevanti u ta’ kwalità għolja hija kapaċi tħejji lill-istudenti bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi trasferibbli ewlenin li jeħtieġu biex jirnexxu wara l-gradwazzjoni, f’ambjent ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja li jirrikonoxxi u jappoġġja tagħlim tajjeb.

L-assigurazzjoni tal-kwalità tippermetti li n-nies ikollhom fiduċja fil-kwalità tal-edukazzjoni għolja. Kull istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja għandu jkollha sistema rigoruża interna tal-assigurazzjoni tal-kwalità, ivvalutata minn Aġenziji tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità li jwettqu kontrolli esterni.

Għaliex hi meħtieġa?

Filwaqt li hu aktar probabbli li gradwati tal-edukazzjoni għolja jsibu impjieg minn nies b’livelli baxxi ta’ kwalifiki, il-kurrikuli tal-edukazzjoni għolja ħafna drabi jirreaġixxu bil-mod għall-bżonnijiet dejjem jinbidlu tal-ekonomija usa', u jonqsu milli jantiċipaw jew jgħinu biex jissawru l-karrieri ta’ għada.

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja lill-pajjiżi tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-immodernizzar tal-programmi tal-edukazzjoni biex il-gradwati jingħataw ħiliet ta' livell għoli u li jagħmilhom impjegabbli, kif ukoll il-ħiliet trasferibbli li tħejji lill-gradwati sabiex ikunu effettivi f'suq tax-xogħol li jinbidel b'rata mgħaġġla.      

Hemm bżonn qawwi għal approċċi u metodi ta' tagħlim li jkunu flessibbli u innovattivi biex titjieb il-kwalità u r-rilevanza filwaqt li jiżdiedu n-numri tal-istudenti. Mod prinċipali kif se jsir dan, skont id-dokument ta' politika dwar Ħarsa Ġdida lejn l-Edukazzjoni, hu li jiġu sfruttati l-benefiċċji transformattivi tal-ICTs u teknoloġiji ġodda oħra biex il-tagħlim isir aktar rikk, jittejbu l-esperjenzi tat-tagħlim u jingħata appoġġ lit-tagħlim personalizzat.

Ir-riforma u l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja tal-Ewropa jiddependu fuq il-kompetenza u l-motivazzjoni tal-għalliema u r-riċerkaturi. Madankollu l-livelli tal-istaff spiss ma żammx il-pass mal-għadd akbar ta’ studenti u dan ikompli jqiegħed aktar pressjoni fuq il-kapaċitajiet li diġà jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli. It-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol inklużi proċeduri ta' reklutaġġ trasparenti u ġusti, it-titjib fl-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu, kif ukoll it-titjib fir-rikonoxximent u l-ivvalorizzar tal-eċċellenza fit-tagħlim u fir-riċerka huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-Ewropa tipproduċi, tattira u żżomm l-istaff akkademiku ta' livell għoli li teħtieġ.

X'sar s'issa?

Il-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja dan l-aħħar ipproduċa rapport b'rakkomandazzjonijiet ewleninpdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  dwar it-titjib fil-kwalità ta' kif wieħed jgħallem u jitgħallem fl-edukazzjoni għolja fl-Ewropa.

Fl-2006 l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Rakkomandazzjoni dwar aktar kooperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja li tippromwovi l-użu ta' Standards u Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (ESG). Ir-rakkomandazzjoni tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex iwaqqfu Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (EQAR) għall-edukazzjoni għolja.

EQAR huwa organizzazzjoni indipendenti li tamministra reġistru ta’ aġenziji għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja li jistgħu joperaw b'mod transkonfinali u dan jgħin biex tiġi żviluppata dimensjoni Ewropea għall-assigurazzjoni tal-kwalità. Dawn l-aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità jeħtieġ li jkunu konformi mal-prinċipji stabbiliti tal-ESG biex jiġu rreġistrati fl-EQAR.

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapporti ta' progress dwar il-iżviluppi fl-assigurazzjoni tal-kwalità fuq livell Ewropew. 

 

How can we help?