Mogħdija tan-navigazzjoni

Governanza u Finanzjament

X'inhi?

Il-mod kif is-sistemi ta’ edukazzjoni għolja huma organizzati u rregolati u l-mod li bih huma ffinanzjati għandhom impatt importanti fuq l-effettività kumplessiva tagħhom. L-istrateġija tal-EU Ewropa 2020 tenfasizza li:

Għaliex hi meħtieġa?

Filwaqt li l-livelli ta' nfiq fl-edukazzjoni għolja jvarjaw sostanzjalment bejn il-pajjiżi tal-UE, l-investiment totali fl-edukazzjoni għolja fl-Ewropa hu baxx wisq: 1.3 % tal-PDG bħala medja, meta mqabbel ma' 2.7% fl-Istati Uniti u 1.5% fil-Ġappun. Il-pressjoni attwali għall-konsolidament fiskali poġġiet ukoll pressjoni addizzjonali fuq l-investimenti pubbliċi. Għalhekk hu kruċjali li r-redditu fuq ir-riżorsi investiti jiġi mmassimizzat.

Kif innutat, dawn l-isfidi jeħtieġu flessibilità akbar, u l-istituti awtonomi jistgħu jispeċjalizzaw aktar faċilment u b'hekk jippromwovu prestazzjoni edukattiva u ta' riċerka aħjar, filwaqt li jrawmu l-eċċellenza fis-sistemi tal-edukazzjoni għolja. Iżda r-restrizzjonijiet legali, finanzjarji u amministrattivi ħafna drabi jillimitaw il-libertà tal-istituzzjonijiet li jiddefinixxu l-istrateġiji u l-istrutturi u li jiddistingwu lilhom infushom mill-kompetituri tagħhom.

X'sar s'issa?

Permezz tal-appoġġ tagħha għall-kooperazzjoni fir-riċerka u l-politika, il-Kummissjoni Ewropea tassisti lill-pajjiżi tal-UE sabiex jiżviluppaw mudelli effettivi ta' governanza u finanzjament fl-edukazzjoni għolja.

Sessjonijiet ta' ħidma fil-pajjiżi, organizzati bħala parti mill-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jiffukaw fuq kwistjonijiet bħall-governanza istituzzjonali fl-edukazzjoni għolja u finanzjament marbut mal-prestazzjoni.

 

How can we help?