Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Proċess ta’ Bolonja u ż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja

X'inhu dan il-proċess?

Il-Proċess ta’ Bolonja huwa sforz kollettiv tal-awtoritajiet pubbliċi, l-universitajiet, l-għalliema u l-istudenti, flimkien ma’ assoċjazzjonijiet ta’ partijiet ikkonċernati, min iħaddem, aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità, organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-istituzzjonijiet, inkluża l-Kummissjoni Ewropea.

L-enfasi ewlieni huwa:

Għaliex hu meħtieġ?

Tradizzjonalment, is-sistemi tant differenti ta' edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa għamluha diffiċli sabiex l-Ewropej jużaw il-kwalifiki minn pajjiż wieħed u japplikaw għal impjieg jew kors f'pajjiż ieħor. Iż-żieda fil-kompatibilità bejn is-sistemi ta’ edukazzjoni tagħmilha aktar faċli għall-istudenti u dawk li qed ifittxu xogħol li jmorru minn post għall-ieħor fl-Ewropa.

Fl-istess ħin, ir-riformi ta’ Bolonja jgħinu biex l-universitajiet u l-kulleġġi Ewropej isiru aktar kompetittivi u attraenti għall-kumplament tad-dinja.

Il-Proċess ta' Bolonja jappoġġja wkoll il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ biex jiżgura li dawn jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' suq tax-xogħol li qed jinbidel. Dan hu importanti peress li l-proporzjon ta' impjiegi li jeħtieġu ħiliet ta' livell għoli qed jikber, u d-domanda għall-innovazzjoni u l-intraprenditorija qed tiżdied. 

X'sar s'issa?

Sar ħafna progress fl-implimentazzjoni tar-riformi, kif muri mir-rapportipdf regolari

F’Yerevan f’Mejju 2015, il-Ministri tal-Edukazzjoni identifikaw erba' prijoritajiet ewlenin għall-ġejjieni:

  1. it-titjib tal-kwalità u r-rilevanza ta' kif tgħallem u titgħallem;
  2. it-trawwim tal-impjegabbiltà tal-gradwati matul il-ħajja ta' ħidma tagħhom;
  3. iż-żieda fl-inklussività tas-sistema tagħna;
  4. l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li hemm qbil dwarhom.
Min huma l-membri?

 Fuq is-sit web tal-EHEA hemm disponibbli lista ta' pajjiżi parteċipanti.

 

How can we help?