Mogħdija tan-navigazzjoni

ara s-sejħiet kollha

Kisba: inżidu l-għadd ta' gradwati

X'inhi?

Bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020, il-mexxejja tal-UE qablu fuq mira li 40% ta’ dawk b’età bejn 30-34 għandhom ikollhom edukazzjoni għolja jew kwalifikazzjoni ekwivalenti sal-2020. Sabiex tintlaħaq din il-mira "prinċipali" fuq il-livell tal-UE, il-pajjiżi tal-UE stabbilixxew il-miri ta' kisba nazzjonali tagħhom stess li jridu jintlaħqu sal-2020. Dawn il-miri jitkejlu permezz ta' tmin indikaturi prinċipali, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' politiki bbażati fuq l-evidenza

Għaliex hi meħtieġa?

Livelli baxxi ta' kisba fl-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti, b’mod partikolari meta mqabbel ma’ livelli internazzjonali (dejta komparabbli għan-numru ta’ gradwati fl-edukazzjoni terzjarja turi li l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun, il-Korea u l-Awstralja għandhom prestazzjoni aħjar mill-Ewropa), jistgħu jxekklu l-kompetittività u jimminaw il-potenzjal tal-Ewropa biex jiġġeneraw tkabbir intelliġenti. Filwaqt li l-projezzjonijiet għas-suq Ewropew tax-xogħol jindikaw li madwar 35% tal-impjiegi kollha se jeħtieġu kwalifikazzjoni tal-livell gradwat terzjarju sas-sena 2020, kien hemm biss 27.6% tal-forza tax-xogħol tal-UE (bejn il-25 u l-64 sena) ikkwalifikati f'dan il-livell sal-2012.

X'sar s'issa?

Il-pajjiżi tal-UE stabbilixxew miri nazzjonali għall-kisba ta' edukazzjoni għolja u kull sena jirrapportaw fuq l-azzjonijiet li ħadu biex jilħqu dawn il-miri bħala parti minn ċiklu annwali ta' koordinazzjoni ta' politika ekonomika msejjaħ is-Semestru Ewropew. Bħala parti minn dan il-proċess, il-Kummissjoni Ewropea twettaq analiżi dettaljata tal-programmi tal-pajjiżi tal-UE tar-riformi ekonomiċi u strutturali u, fejn meħtieġ, tipprovdilhom rakkomandazzjonijiet għat-12-18-il xahar ta' wara.

B’mod ġenerali, il-pajjiżi tal-UE jaffaċċjaw tliet sfidi ewlenin meta jiġu biex iżidu l-livelli ta’ kisba fl-edukazzjoni ogħla:

  1. Aċċess aktar wiesa' għall-edukazzjoni għolja: żieda fil-parteċipazzjoni u t-tlestija tal-edukazzjoni għolja minn gruppi fis-soċjetà li bħalissa mhumiex rappreżentati biżżejjed.
  2. Tnaqqis fir-rati ta' dawk li jabbandunaw l-iskola fi stadju bikri u ż-żmien meħtieġ biex tinkiseb lawrja.
  3. Titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni għolja filwaqt li ssir aktar rilevanti, sabiex tattira aktar studenti u tgħinhom ilestu l-istudji tagħhom b'suċċess.

Il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-isfidi relatati mal-kisba tal-edukazzjoni għoljapdf fil-pajjiżi tal-UE, kif ukoll il-progress magħmul sabiex tintlaħaq il-mira ta' kisba.