Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Promozzjoni tat-tagħlim għall-adulti

X'qed tagħmel il-Kummissjoni?

Il-Kummissjoni qed taħdem ma' 32 pajjiż biex timplimenta l-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti. L-Aġenda tenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti ta’ kull tip (tagħlim formali, mhux formali u informali) kemm biex wieħed jikseb aktar ħiliet ta’ xogħol, kemm għal ċittadinanza attiva, u kemm għall-iżvilupp u s-sodisfazzjoni personali.

Pereżempju, il-Kummissjoni tikkoordina netwerk ta' koordinaturi nazzjonalipdf(126 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  li jippromwovu t-tagħlim tal-adulti f'pajjiżhom, jipprovdu parir dwar il-politika u appoġġ, u jiġbru u jxerrdu l-prattika tajba. Il-Kummissjoni taħdem ukoll ma' għadd ta' assoċjazzjonijiet, netwerks, u organizzazzjonijiet tax-xogħol li jippromwovu t-tagħlim tal-adulti fl-Ewropa.

X'hemm bżonn?

Aktar tagħlim tal-adulti jista’ jgħin lill-Ewropa tegħleb il-kriżi ekonomika, tissodisfa l-ħtieġa ta’ ħiliet ġodda, u żommu il-forza tax-xogħol produttiva tagħha li dejjem qed tixjieħ. It-tagħlim huwa wkoll essenzjali għall-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. Illum il-ġurnata, in-nies ma jistgħux sempliċement jiddependu fuq il-ħiliet li akkwistaw fl-iskola sat-tmiem tal-karriera tagħhom.

Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tvarja sew bejn pajjiż tal-UE għal ieħor: minn 1.4% għal 31.6% (ċifri tal-2012), u t-tendenza ġenerali hi li n-numri qed jistaġnaw. Ir-rati ta’ parteċipazzjoni huma speċjalment diżappuntanti għal adulti b’ħiliet baxxi u għall-anzjani. L-azzjoni fil-livell Ewropew se żżid l-għarfien dwar politiki ta’ suċċess, tipprovdi appoġġ, u tippermetti skambju aħjar ta’ esperjenzi bejn il-pajjiżi.

X'sar s'issa?

Sabiex jappoġġjaw żviluppi fil-politika:

  • Il-pajjiżi tal-UE stipulaw objettiv għat-tagħlim tal-adulti: sal-2020, 15% tal-adulti ta' 25-64 sena għandhom ikunu qed jipparteċipaw. Fl-2012, il-parteċipazzjoni medja kienet ta’ 9% u 5 pajjiżi biss fl-UE kienu laħqu r-rata tal-objettiv;
  • Il-Kummissjoni tippubblika indikaturi u dejta dwar is-sitwazzjoni attwali fil-pajjiżi Membri, ir-rapporti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-politiki u tipproponi politika ġdida;
  • Il-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajbin u t-tagħlim fuq politiki fil-programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010, il-gruppi ta' ħidma, u n-netwerks ta' temi dedikati li nġabru għal żmien limitat;
  • Il-Kummissjoni kkummissjonat studji li jġibu evidenza u dejta li tappoġġja politiki aktar effettivi.
 

How can we help?