X'qed tagħmel il-Kummissjoni?

Il-Kummissjoni qed taħdem ma' 32 pajjiż biex timplimenta l-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti. L-Aġenda tenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti ta’ kull tip (tagħlim formali, mhux formali u informali) kemm biex wieħed jikseb aktar ħiliet ta’ xogħol, kemm għal ċittadinanza attiva, u kemm għall-iżvilupp u s-sodisfazzjoni personali.

Pereżempju, il-Kummissjoni tikkoordina netwerk ta' koordinaturi nazzjonali li jippromwovu t-tagħlim tal-adulti f'pajjiżhom, jipprovdu parir dwar il-politika u appoġġ, u jiġbru u jxerrdu l-prattika tajba. Il-Kummissjoni taħdem ukoll ma' għadd ta' assoċjazzjonijiet, netwerks, u organizzazzjonijiet tax-xogħol li jippromwovu t-tagħlim tal-adulti fl-Ewropa.

X'hemm bżonn?

Aktar tagħlim tal-adulti jista’ jgħin lill-Ewropa tegħleb il-kriżi ekonomika, tissodisfa l-ħtieġa ta’ ħiliet ġodda, u żommu il-forza tax-xogħol produttiva tagħha li dejjem qed tixjieħ. It-tagħlim huwa wkoll essenzjali għall-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. Illum il-ġurnata, in-nies ma jistgħux sempliċement jiddependu fuq il-ħiliet li akkwistaw fl-iskola sat-tmiem tal-karriera tagħhom.

Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tvarja sew bejn pajjiż tal-UE għal ieħor: minn 1.4% għal 31.6% (ċifri tal-2012), u t-tendenza ġenerali hi li n-numri qed jistaġnaw. Ir-rati ta’ parteċipazzjoni huma speċjalment diżappuntanti għal adulti b’ħiliet baxxi u għall-anzjani. L-azzjoni fil-livell Ewropew se żżid l-għarfien dwar politiki ta’ suċċess, tipprovdi appoġġ, u tippermetti skambju aħjar ta’ esperjenzi bejn il-pajjiżi.

X'sar s'issa?

Sabiex jappoġġjaw żviluppi fil-politika: