Mogħdija tan-navigazzjoni

ara s-sejħiet kollha

Opportunitjiet għall-istaff

X'inhu?

Erasmus+ jipprovdi l-istaff bl-opportunità li jitgħallmu metodi ġodda ta’ tagħlim u taħriġ barra minn pajjiżhom, kif ukoll l-opportunità li jiżviluppaw netwerks internazzjonali dejjiema ma' istituzzjonijiet oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

X'jinvolvi?

Il-professjonisti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jistgħu jieħdu sehem fi programmi ta' żvilupp professjonali barra minn pajjiżhom fis-suriet li ġejjin:

  • Parteċipazzjoni fit-taħriġ;
  • Apprendistat ma' kumpanija jew f'istituzzjoni ta' taħriġ jew tagħlim;
  • Monitoraġġ tax-xogħol f'istituzzjoni ta' taħriġ jew tagħlim, jew organizzazzjoni rilevanti oħra;
  • Assenjazzjoni ta' tagħlim ma' istituzzjoni msieħba.

Dawn l-attivitajiet jistgħu jdumu minn jumejn sa xahrejn, jew saħansitra sa sena f’xi każijiet.

Min jista' jieħu sehem?

Il-Professjonisti vokazzjonali li ġejjin minn pajjiżi parteċipanti jistgħu jieħdu sehem:

  • Mexxeja ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;
  • Għalliema;
  • Ħarrieġa tal-kumpanija stess;
  • Maniġers ta’ taħriġ;
  • Konsulenti ta’ gwida;
  • Amministraturi.