Mogħdija tan-navigazzjoni

Kooperazzjoni ma' negozji

Għal xiex?

Is-sistemi tal-ETV jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol permezz ta' Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali (SSA). L-SSAs ifasslu u jwasslu kurrikuli u metodi konġunti, miġbura minn evidenza ta’ ħtiġijiet u xejriet ta’ ħiliet.

X'jinvolvi?

Kooperazzjoni man-negozji tinvolvi dan li ġej:

  • It-tfassil u t-twassil ta’ kurrikuli li jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;
  • It-twassil ta’ kontenut tal-ETV b’modi li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ min jitgħallem u tas-setturi, inklużi Riżorsi u Prattiki Edukattivi Miftuħin u użu innovattiv tal-ICT;
  • Id-disseminazzjoni mmirata għal dawk li jfasslu l-politika, l-intrapriżi, u li jagħtu pariri ta’ gwida tal-ETV.
Min jista' jieħu sehem?
  • Il-fornituri tal-ETV
  • Organizzazzjonijiet b’għarfien espert speċifiku tas-settur (inklużi l-imsieħba soċjali, federazzjonijiet u kmamar)
  • Korpi responsabbli għall-kwalifiki/ċertifikazzjoni/akkreditazzjoni
Kif tapplika

L-applikanti għandhom japplikaw billi jwieġbu għal sejħa annwali għal proposti. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).

 

How can we help?