Mogħdija tan-navigazzjoni

Opportunitajiet għall-istaff

X'inhi?

Skont l-Erasmus+, il-professjonisti involuti fl-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja, tal-primarja, jew l-iskola sekondarja interessati li jkomplu l-iżvilupp professjonali tagħhom jistgħu jieħdu parti f'għadd ta' opportunitajiet eċċitanti biex iwessgħu l-għarfien u l-kompetenzi tagħhom, inkluż it-tagħlim ta' ilsna jew il-kisba ta' ħiliet f'oqsma tal-IT.

Dawn il-ħiliet sikwit jipprovdu perspettiva usa’ dwar l-edukazzjoni, kif ukoll jiġi żgurat li jkun hemm skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattiki fl-edukazzjoni.

X'jinvolvi?

Erasmus+ jippermetti li l-parteċipanti jkomplu l-iżvilupp professjonali tagħhom f’pajjiż ieħor. Dan jinkludi:

  • Il-partiċipazzjoni f’korsijiet strutturati jew taħriġ barra mill-pajjiż;
  • Perjodi ta’ monitoraġġ jew osservazzjoni fi skola jew organizzazzjoni rilevanti oħra barra mill-pajjiż;
  • Assenjazzjonijiet ta’ tagħlim fi skola msieħba.

Dawn l-attivitajiet jistgħu jdumu bejn jumejn u xahrejn, jew saħansitra sa sena f’xi każijiet.

Min jista' jieħu sehem?

Jistgħu jieħdu sehem l-għalliema kollha, il-mexxejja ta' skola, il-libreriji u persunal ieħor minn istituzzjonijiet ta' qabel il-primarja, il-primarja u s-sekondarja f’pajjiżi tal-programm .

Kif tapplika?

Aktar tagħrif, inkluż kif tapplika, jinkiseb mis-websajts tal-Aġenziji Nazzjonali.

 

How can we help?