Mogħdija tan-navigazzjoni

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet/l-iskejjel

X'inhuma?

Erasmus+ jipprovdi opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ sħubijiet ma’ skejjel u organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa biex jittejbu l-istandards u l-kwalità tat-tagħlim.

Is-“Sħubijiet Strateġiċi” jippermettu lill-imsieħba jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet ta’ interess komuni matul 1-3 snin biex jipproduċu proġetti innovattivi (bħal kurrikuli, manwal prattiku, metodoloġiji, eċċ.) u/jew jidħlu fi skambju tal-aħjar prattiki u forom ġodda ta’ kooperazzjoni ma’ sħab minn oqsma differenti.

Biex jirċievu finanzjament, il-proġetti huma mistennija jindirizzaw tal-anqas oġġettiv politiku Ewropew wieħed, speċifikament fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika jew b'mod orizzontali, fil-qasam iktar vast tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. Il-prijoritajiet politiċi rilevanti huma speċifikati fil-Gwida tal-Programm.

X'jinvolvu?

Jeżistu l-opportunitajiet li ġejjin għal skejjel u organizzazzjonijiet oħra:

  • Proġetti transettorjali dwar kwistjonijiet ta' interess u rilevanza komuni bejn l-organizzazzjonijiet minn pajjiżi, setturi soċjoekonomiċi u oqsma differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ bil-possibbiltà ta' kooperazzjoni biex jittejjeb it-tagħlim;
  • Sħubijiet bejn awtoritajiet lokali u reġjonali, skejjel u organizzazzjonijiet oħra li jistabbilixxu rabtiet internazzjonali u jagħtu aktar importanza lil kwistjonijiet tal-iskejjel fil-gvern lokali;
  • Sħubijiet għall-iskambju tal-aħjar prattiki f'oqsma ta' interess komuni b'possibbiltajiet ta' skambji bejn l-għalliema u l-bejn l-istudenti.
Min jista' jieħu sehem?
  • L-iskejjel (mill-preprimarja sal-livell sekondarju);
  • L-istituzzjonijiet lokali u reġjonali responsabbli għall-edukazzjoni skolastika;
  • Kwalunkwe organizzazzjoni attiva fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika
  • Xi tipi ta' proġetti huma ddisinjati speċifikament għall-iskejjel u l-awtoritajiet skolastiċi lokali/reġjonali biss.
Kif tapplika?

Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni tinsab mis-siti web tal-Aġenziji Nazzjonali.

 

How can we help?