Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħarsa ġenerali - Skejjel

X'inhu l-għan tiegħu?

Erasmus+għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-istruzzjoni u t-tagħlim mill-preprimarja sal-livell sekondarju fl-iskejjel madwar l-Ewropa.

Il-programm jipprovdi opportunitajiet għall-iskejjel biex jaħdmu flimkien fi sħab mal-Ewropa u biex jiżviluppa l-ħiliet professjonali tal-istaff tagħhom. L-attivitajiet jappoġġjaw l-iskambju ta’ prattika tajba u l-ittestjar ta’ metodi innovattivi li jindirizzaw sfidi komuni, bħall-iżvilupp ta' ħiliet bażiċi, l-indirizzar tal-iżvantaġġi jew il-prevenzjoni tal-abbandun bikri mill-iskola. L-attivitajiet jistgħu jrawmu r-rabtiet mad-dinja barra mill-iskola u oqsma oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ.

X'jinvolvi?

Opportunitajiet għall-istaff biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' żvilupp professjonali Ewropew barra minn pajjiżhom, inkluż:

  • Korsijiet jew taħriġ strutturati;
  • Assenjazzjonijiet ta’ tagħlim;
  • Job-shadowing jew osservazzjoni tax-xogħol.

Sħubiji bejn skejjel jew organizzazzjonijiet oħra:

  • Jistabbilixxi sħubijiet strateġiċi Ewropej li jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta’ interess komuni.

Kooperazzjoni onlajn bejn l-iskejjel (eTwinning)

  • L-għalliema jistgħu jagħmlu netwerking u jmexxu proġetti konġunti bejn il-klassijiet ma’ kollegi fl-Ewropa, ikollhom aċċess għal riżorsi ta’ tagħlim u jieħdu sehem f’opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali.
Min jista' jieħu sehem?

Kwalunkwe organizzazzjoni attiva fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika (mill-preprimarja sal-livell sekondarju) f'pajjiż parteċipanti tista' tieħu sehem (xi attivitajiet huma riżervati għall-iskejjel u l-awtoritajiet lokali/reġjonali responsabbli għall-edukazzjoni skolastika).

Gwida għall-Kapijiet tal-Iskola

Ġiet ippubblikata Gwida għall-kapijiet tal-iskolapdf(748 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  li jixtiequ jsiru jafu kif il-programm jista' jkun ta' benefiċċju għall-iskola tagħhom.

Il-gwida ġiet ippubblikata wkoll f'taqsimiet:

 

How can we help?