Mogħdija tan-navigazzjoni

ara s-sejħiet kollha

Kooperazzjoni bejn l-iskejjel: ġemellaġġ elettroniku

X'inhu?

L-appoġġ għall-kooperazzjoni onlajn bejn l-iskejjel tal-programm Erasmus+ magħruf bħala ġemellaġġ elettroniku, jipprovdi opportunità għal skambji bejn l-istaff tat-tagħlim jew opportunitajiet ta' kooperazzjoni fuq proġetti, kif ukoll forum onlajn , għodda b'xejn, u appoġġ għal netwerking ma' kollegi Ewropej.

X'jinvolvi?

Il-ġemellaġġ elettroniku jipprovdi opportunitajiet għal għalliema u staff ieħor tal-iskola minn pajjiżi differenti biex jaħdmu flimkien fuq proġetti. L-għalliema għandhom aċċess għal għodda u materjal ta' tagħlim onlajn, jagħmlu netwerking ma kollegi u jieħdu sehem f'sessjonijiet ta' ħidma u komunitajiet ta' prattika.

Il-ġemellaġġ elettroniku jgħin l-iskejjel joħolqu ambjent dħuli għall-kooperazzjoni bejn il-kulturi għall-istudenti, l-għalliema u l-istaff.

Min jista' jieħu sehem?

Għalliema u staff ieħor tal-iskola fi skejjel f’pajjiżi parteċipanti (qabel il-primarja sal-livell sekondarju għoli) jistgħu jinkitbu biex jużaw il-ġemellaġġ elettroniku.

Informazzjoni u kuntatt

Biex tinkiteb fil-ġemellaġġ elettroniku jew biex issir taf aktar, żur il-portal tal-ġemellaġġ elettroniku jew żur is-sit tas-Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali f'pajjiżek.