Mogħdija tan-navigazzjoni

Jean Monnet – Opportunitajiet għad-dibattitu u l-iskambji tal-politika

X'inhuma?

L-akkademiċi jistgħu jiddiskutu kwistjonijiet tal-UE u jaqsmu strateġiji ma’ dawk li jfasslu l-politika u oħrajn fil-qasam rispettiv tagħhom permezz tal-programm Jean Monnet.

B’hekk, id-diskussjoni u r-riflessjoni dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea se jkun promoss u l-għarfien dwar l-Unjoni u l-proċessi tagħha se jiġu mtejba biex b'hekk l-għarfien tal-UE jingħata spinta f’kuntesti speċifiċi. Barra minn hekk jiġu esplorati angoli ġodda u metodoloġiji differenti fid-dawl ta’ suġġetti tal-Unjoni Ewropea biex isiru aktar attraenti u adattati għal diversi tipi ta’ popolazzjonijiet fil-mira.

X'jinvolvu?

In-netwerks Jean Monnetjinkoraġġixxu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ konsorzji ta’ atturi internazzjonali (HEIs, ċentri ta’ eċċellenza, dipartimenti, timijiet, esperti individwali, eċċ.) fil-qasam ta’ studji tal-Unjoni Ewropea.

Dawn jikkontribwixxu għall-ġbir ta’ informazzjoni, l-iskambju ta’ prattiki, il-bini tal-għarfien u l-promozzjoni ta’ proċess ta’ integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja. Din l-azzjoni tista’ tappoġġja wkoll it-tisħiħ tan-netwerks eżistenti ma’ attivitajiet speċifiċi, notevolment il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ riċerkaturi żgħażagħ f’temi relatati mal-UE.

Il-proġetti Jean Monnetjesploraw kif l-istudji tal-Unjoni Ewropea jistgħu jsiru aktar attraenti billi jittestjaw metodoloġiji ġodda, kontenut pedagoġiku u għodod biex jitwasslu f’livelli edukattivi differenti, iżidu l-għarfien dwar l-istudji tal-UE f’fakultajiet oħra u jappoġġjaw l-attivitajiet ta’ informazzjoni għall-istaff tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili.

Min jista' jieħu sehem?

Netwerks Jean Monnet:

Istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja jew organizzazzjoni oħra attiva fil-qasam tal-integrazzjoni Ewropea, stabbilita fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja. L-applikant għandu jkun il-koordinatur tan-netwerk li jinkludi minimu ta’ ħames istituzzjonijiet ta’ parteċipanti minn ħames pajjiżi differenti.

Proġetti Jean Monnet:

Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jew organizzazzjonijiet oħra attivi f'qasam tas-suġġett dwar l-Unjoni Ewropea, stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja (bl-eċċezzjoni ta’ istituzzjonijiet speċifiċi li jsegwu għan ta’ interess Ewropew magħżula fil-bażi legali tal-Programm Erasmus+).

 

How can we help?