Mogħdija tan-navigazzjoni

Jean Monnet - Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

X'inhi?

Din l-azzjoni Jean Monnet tikkonsisti f’dan li ġej:

  • Appoġġ għall-istituzzjonijiet

Din l-azzjoni tappoġġja l-istituzzjonijiet li jtejbu l-attivitajiet tal-għalliema u t-taħriġ dwar is-suġġetti tal-Unjoni Ewropea fuq livell post-gradwatorju u/jew għal partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Tiffavorixxi wkoll attivitajiet immirati lejn il-ġbir, l-elaborazzjoni, l-analiżi u l-popolarizzazzjoni għas-suġġetti tal-Unjoni Ewropea u t-tagħlim tagħhom.

  • Appoġġ lill-assoċjazzjonijiet

Jean Monnet jappoġġja assoċjazzjonijiet li għandhom bħala għan espliċitu li jikkontribwixxu għall-istudju tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea. Dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom ikunu interdixxiplinari u miftuħa għall-professuri, l-għalliema u r-riċerkaturi interessati kollha li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-pajjiż jew ir-reġjun rilevanti. Għandhom ikunu rappreżentattivi tal-komunità akkademika fl-studji tal-Unjoni Ewropea fil-livell nazzjonali, reġjonali jew supranazzjonali. L-appoġġ se jingħata biss lil dawk l-assoċjazzjonijiet li huma reġistrati uffiċjalment u jkollhom status legali indipendenti.

X'jinvolvi?

Matul il-ħajja tal-għotja, l-istituzzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet jistgħu tipikament iwettqu firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, bħal pereżempju:

Għall-istituzzjonijiet:

  • jiġbru, jelaboraw, janalizzaw u jxerrdu l-fatti u l-għarfien tal-Unjoni Ewropea
  • jorganizzaw korsijiet ta’ livell ta’ Masters dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew professjonali, taħriġ għall-prattikanti avvanzati, l-impjegati ċivili tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Għall-assoċjazzjonijiet:

  • jorganizzaw u jwettqu attivitajiet statutorji tal-assoċjazzjonijiet li jittrattaw studji u kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea (pereżempju, il-pubblikazzjoni ta’ newsletter, it-twaqqif ta’ websajt apposta, l-organizzazzjoni ta’ laqgħa tal-bord annwali, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti speċifiċi promozzjonali mmirati biex jagħtu viżibilità akbar ta' suġġetti tal-Unjoni Ewropea eċċ.)
  • Jippubbliċizzaw fatti dwar l-Unjoni Ewropea fost pubbliku ikbar u jsaħħu ċ-ċittadinanza attiva.
Min jista' jieħu sehem?

Istituzzjonijiet Jean Monnet:

Istituzzjonijiet attivi f'qasam tas-suġġett dwar l-Unjoni Ewropea, stabbiliti fil-pajjiżi Msieħba jew tal-Programm Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li huma eliġibbli biex japplikaw għal Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet jew għal Katedra Jean Monnet mhumiex eliġibbli għal din l-azzjoni.

Assoċjazzjonijiet Jean Monnet:

Kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ professuri u riċerkaturi li jispeċjalizzaw fi studji tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja. L-għan espliċitu għandu jkun li jikkontribwixxi għal assoċjazzjoni fl-istudju tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea fuq livell nazzjonali jew transnazzjonali. L-assoċjazzjoni għandu jkollha natura interdixxiplinarja.

Xi 100 assoċjazzjoni u 10 istituzzjonijiet se jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-immaġni tal-UE sal-aħħar tal-2020.

 

How can we help?