Mogħdija tan-navigazzjoni

Bini tal-Kapaċità

X'inhi?

L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jistgħu jieħdu sehem fi proġetti tal-bini tal-kapaċità kollaborattivi mwaqqfa u mmexxija minn konsorzju ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja mill-pajjiżi tal-programm Erasmus+ fuq banda u dawk minn ċerti reġjuni tad-dinja fuq il-banda l-oħra, inklużi:

  • il-pajjiżi ġirien tal-UE,
  • ir-Russja,
  • il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali tal-UE;
  • l-Amerika Latina,
  • l-Asja,
  • il-pajjiżi tal-Afrika-Karibew-Paċifiku.

Il-proġetti ta’ bini ta’ kapaċità jistgħu jkunu:

  • Proġetti konġunti: dawn jgħinu istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja minn pajjiżi msieħba biex jiżviluppaw u jxerrdu kurrikuli ġodda, jimmodernizzaw il-metodi jew materjali tat-tagħlim, kif ukoll biex jgħatu spinta lill-assigurazzjoni tal-kwalità u t-tmexxija tal-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja.
  • Proġetti strutturali: biex jiżviluppaw u jirriformaw l-istituzzjonijiet u s-sistemi tal-edukazzjoni għolja Biex itejbu l-kwalità u r-rilevanza tagħhom, jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali u jżidu l-konverġenza.

F’pajjiżi msieħba ġirien tal-UE, il-proġetti għall-bini tal-kapaċitajiet se jkunu jistgħu jinkludu wkoll element tal-mobilità mmirata lejn studenti u persunal mill-istituzzjonijiet involuti fil-proġett.

L-istituzzjonijiet mir-reġjuni kollha msemmija hawn fuq jistgħu jibagħtu proposta għal xi proġett tal-bini tal-kapaċità fis-Sejħa għal Proposti Erasmus+. Il-proġetti jridu jinvolvu mill-inqas tliet universitajiet minn tliet pajjiżi differenti tal-Programm u żewġ universitajiet għal kull pajjiż Imsieħeb involut.

Għal xiex?

Il-proġetti tat-tisħiħ tal-kapaċità jistgħu jtejbu l-ħiliet u jimmodernizzaw is-sistemi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u joħolqu sħubijiet bejn l-UE u s-sistemi tal-edukazjzoni madwar id-dinja.

Min jista' jieħu sehem?

Jistgħu japplikaw istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja f’pajjiżi msieħba eliġibbli tal-programm.

Informazzjoni u kuntatt

Ikkuntattja l-EACEA għal akar tagħrif dwar il-proġetti tat-tisħiħ tal-kapaċità.

Is-sejħa għal proposti u gwida tal-programm attwali ta’ Erasmus+ għadhom ma jinkludux żewġ azzjonijiet immirati lejn kooperazzjoni ma’ msieħba internazzjonali oħra - il-mobbiltà tal-kreditu u l-azzjoni ta’ bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja. Dawn iż-żewġ azzjonijiet huma ffinanzjati minn strumenti ta’ kooperazzjoni esterna tal-UE, li se titnieda fi stadju aktar tard fl-2014.

 

How can we help?