Mogħdija tan-navigazzjoni

Mobilità ta' studju

Kemm jistgħu jdumu barra minn pajjiżhom l-istudenti?

L-istudenti jistgħu jsiefru minn 3 sa 12-il xahar (inkluż perjodu ta' traineeship komplementari, jekk ikun ippjanat). L-istess student jista' jirċievi għotjiet biex jistudja jew jitħarreġ barra pajjiżu sa mhux aktar minn 12-il xahar għal kull ċiklu ta’ studju:

  • Matul l-ewwel ċiklu ta’ studju (Baċellerat jew l-ekwivalenti) inkluż iċ-ċiklu qasir (livelli 5 u 6 tal-QEK)
  • Matul it-tieni ċiklu ta’ studju (Master jew ekwivalenti - livell 7 tal-QEK) u
  • Matul it-tielet ċiklu bħala kandidat tad-dottorat (livell ta’ dottorat jew livell 8 tal-QEK)

It-tul ta' traineeship ta' gradwati reċenti hu parti meħtieġa mit--12-il xahar massimi taċ-ċiklu li matulu japplikaw għat-traineeship.

X’inhuma l-kundizzjonijiet?

L-istudenti għandhom ikunu rreġistrati f’istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja u rreġistrati f’kors ta' studju li jwassal għal lawrja rikonoxxuta jew kwalifika rikonoxxuta oħra ta’ livell terzjarju (sa u li jkun jinkludi l-livell ta’ dottorat).

Il-mobilità ssir fil-qafas ta' “ftehimiet interistituzzjonali” minn qabel bejn l-istituzzjonijiet li jibgħatu u li jirċievu, li t-tnejn li huma jridu jkunu titulari tal- Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (jekk jinsabu f'pajjiż tal-programm).

X’arranġamenti jsiru?

Qabel ma jitlaq l-istudent Erasmus+ jingħata:

  • Ftehim ta’ għotja li jkopri l-perjodu ta’ mobilità ffirmat bejn l-istudent u l-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li tibagħtu;
  • Ftehim ta' Tagħlim” li jistabbilixxi l-programm ta' studju li għandu jsegwi l-istudent, kif approvat mill-istudent, l-istituzzjoni li tibagħtu u l-istituzzjoni li tirċevih;
  • Il-Karta Erasmus+ tal-Istudent” li tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-istudent fir-rigward tal-perjodu ta' studju barra min pajjiżu.

Fi tmiem il-perjodu barra mill-pajjiż:

  • L-istituzzjoni li tirċievi għandha tipprovdi lill-istudent u l-istituzzjoni li bagħtitu bi traskrizzjoni tar-rekords li turi li l-programm miftiehem tlesta u li tikkonferma r-riżultati;
  • L-istituzzjoni li tibgħat għandha tagħti rikonoxximent akkademiku sħiħ għal attivitajiet li tlestew b'mod sodisfaċenti matul il-perjodu ta' mobilità kif miftiehem fil-Ftehim ta' Tagħlim, permezz tal-krediti ECTS jew sistema ekwivalenti. Il-perjodu ta' mobilità għandu jissemma' wkoll fis-Supplement tad-Diploma.
Ser jingħata appoġġ finanzjarju jew se jiġu imposti tariffi?

L-istudenti jistgħu jingħataw għotja ta’ Erasmus+ tal-UE bħala għajnuna biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza b’rabta mal-perjodu ta’ studju tagħhom barra mill-pajjiż

L-istudenti ta' Erasmus+ - kemm jekk huma jirċievu għotja Erasmus+ tal-UE u kemm jekk le - huma eżentati milli jħallsu l-miżati għall-istruzzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-eżamijiet u l-aċċess għal-laboratorju u għall-faċilitajiet tal-librerija fl-istituzzjoni ospitanti

Il-ħlas ta’ kwalunkwe għotja jew self nazzjonali lil studenti li jipparteċipaw fil-programm għandu jinżammu matul il-perjodu ta’ studju barra mill-pajjiż.

Kif tapplika?

L-istudent interessat għandu japplika għand l-uffiċċju internazzjonali u/jew l-uffiċċju ta’ Erasmus+ tal-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li tibgħat. L-uffiċċju jinforma lill-istudent dwar il-possibilitajiet ta’ studju barra mill-pajjiż kif ukoll il-modalitajiet biex japplika u jirċievi għotja ta’ Erasmus+ tal-UE.

Mistoqsijiet frekwenti

L-istudenti li jkollhom aktar mistoqsijiet dwar kif jieħdu sehem f'Erasmus+ għandhom jiċċekkjaw il-mistoqsijiet frekwentipdf(203 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  qabel ma jikkuntattjaw l-istituzzjonijiet tagħhom, l-Aġenzija Nazzjonali ta' Erasmus+ jew l-Uffiċċju Nazzjonali tagħhom.

Vidjow

Vidjow ta' Brechje Schwachofer, l-Ambaxxatur tal-Pajjiżi l-Baxxi f'Ċipru, dwar kif l-iskambju ta' Erasmus li għamlet għenha fil-karriera tagħha fis-Servizz tal-Affarijiet Barranin Olandiż.

 

How can we help?