Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Qafas ta’ Kwalità

Il-qafas ta' kwalità ta' Erasmus+ jikkonsisti f’sett ta’ dokumenti li jindikaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ individwi u organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-programm Erasmus+.

 
Karta Erasmus għal Edukazzjoni Għolja

Il-Karta Erasmus għal Edukazzjoni Għolja (ECHE)pdf(609 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  tipprovdi l-qafas ġenerali tal-kwalità għal attivitajiet Ewropej u internazzjonali li istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja tista' twettaq fi ħdan Erasmus+. L-għoti ta’ Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja hi prerekwiżit għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja kollha li jinsabu f’pajjiż tal-programm u li jixtiequ jieħdu sehem fil-mobilità tat-tagħlim ta’ individwi u/jew kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont il-Programm Erasmus+.

Għal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jinsabu f’pajjiżi oħra, l-ECHE ma tkunx meħtieġa, u l-qafas ta’ kwalità se jiġi stabbilit permezz ta’ ftehimiet interistituzzjonali bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Il-Karta tingħata għat-tul kollu tal-Programm Erasmus+.

Sejħa għal proposti għall-għoti tal-ECHE se ssir fuq bażi annwali.

Lista ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja li għandhom ECHE hi disponibbli fil-websajt tal-EACEA.

Ftehimiet Interistituzzjonali

Ftehimiet interistituzzjonali jistgħu jiġu ffirmati bejn żewġ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (HEIs) jew aktar, biex jipprovdu l-possibbiltà ta’ mobilità bejn gruppi ta’ istituzzjonijiet.

  • Għall-mobilità bejn l-HEIs f’Pajjiżi tal-Programm, it-tnejn li huma jew kollha kemm huma għandhom ikunu detenturi tal-Karta Erasmus għal Edukazzjoni Għolja
  • Għall-mobilità bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja f’Pajjiżi tal-Programm u Msieħba, l-HEIs tal-Pajjiżi tal-Programm għandu jkollhom il-Karta Erasmus għal Edukazzjoni Għolja u l-HEIs tal-Pajjiż Sieħeb għandhom jaqblu mal-prinċipji stabbiliti fit-test tal-karta permezz tal-ftehim interistituzzjonali.

Bl-iffirmar ta’ ftehim interistituzzjonali, l-istituzzjonijiet involuti jaqblu li jikkooperaw għall-iskambjar ta’ studenti u/jew persunal fil-kuntest ta’ Erasmus+.

Huma jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja f’kull aspett tal-organizzazzjoni u l-maniġment tal-mobilità u jaqblu dwar sensiela ta’ kwistjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi biex jiżguraw il-mobilità ta’ kwalità u impatt għoljin.

Hu rakkomandat li l-HEIs minn Pajjiżi tal-Programm u minn Pajjiżi Msieħba jiffirmaw dan il-Ftehim malli jiġu magħżulin għal finanzjament għal mobilità internazzjonali, u fi kwalunkwe każ qabel ma sseħħ il-mobilità.

Informazzjoni u kuntatt

Żur il-websajt Erasmus+ għal aktar informazzjoni. Tista’ wkoll tikkuntattja l-uffiċċju tar-reġistru tal-università jew kulleġġ tiegħek għal aktar informazzjoni. Għal aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.

Ftehim interistituzzjonali 2015-2020 bejn il-Pajjiżi tal-Programm:

Ftehim interistituzzjonali 2015-2020 bejn il-Pajjiżi tal-Programm u Pajjiżi Msieħba:

Ftehim dwar it-Tagħlim

“Ftehim dwar it-Tagħlim” jistabbilixxi l-programm ta' studji/traineeship li se jkun segwit u hu approvat mill-istudent, l-istituzzjoni/l-intrapriża li tibgħat u li tirċievi.

Il-Ftehim dwar it-Tagħlim jenfasizza l-preparazzjoni sħiħa tal-mobilità billi jinkludi l-komponenti edukattivi/ir-riżultati tat-tagħlim kollha għar-rikonoxximent futur flimkien mal-kompetenza lingwistika meħtieġa tal-istudent.

It-tliet partijiet huma u jiffirmaw il-Ftehim jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-arranġamenti miftiehma, u b’hekk jiġi żgurat li l-istudent għandu jirċievi rikonoxximent għall-istudji/traineeship barra minn pajjiżu.

Karta Student Erasmus

Kull student Erasmus+ se jingħata l-Karta Student Erasmus mill-univesità jew istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li tibgħathom wara s-selezzjoni tagħhom. Il-Karta tal-Istudent tenfasizza d-drittijiet u l-obbligi ta’ studenti li jipparteċipaw f’Erasmus+. Hi tinforma lill-istudenti ta' Erasmus+ dwar dak li huma intitolati għalih u x’inhu mistenni minnhom matul is-sekondar tagħhom għall-istudji u/jew għat-traineeship.

B’mod partikulari, il-Karta Student Erasmus tiddeskrivi d-drittijiet bażiċi tal-istudenti ta' Erasmus+, bħal miżati għal tagħlim mingħajr ħlas u r-rikonoxximent sħiħ ta’ studji jew traineeship barra minn pajjiżhom. Il-Karta tispeċifika wkoll l-obbligi prinċipali tal-istudenti ta' Erasmus+, billi tipprovdihom b’idea konċiża ta’ dmirijiethom kemm rigward l-istituzzjoni/l-intrapriża li tibgħathom kif ukoll dik li tilqagħhom.

Abbozz dwar il-Karta Student Erasmus hu disponibbli biex tikkunsidrah, u verżjoni finalizzata b’bosta lingwi se tkun disponibbli dalwaqt. L-abbozz tal-karta hu disponibbli bil-lingwi li ġejjin:

Ikkonsulta wkoll “Id-drittijiet tiegħek bħala student fil-mobilità” (Il-gwida Żgħażagħ Attivi għad-drittijiet ta' studenti fil-mobilità fl-Unjoni Ewropea)

Informazzjoni u kuntatt

Tista' tiskopri aktar fil-websajt ta' Erasmus+. Tista' wkoll tikkuntattja l-uffiċċju tar-reġistru tal-università jew tal-kulleġġ tal-iskambji speċifiċi bejn l-istituzzjonijiet. Għal aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.

 

How can we help?