Mogħdija tan-navigazzjoni

Lawrji Masters Konġunti Erasmus Mundus

X'inhu?

Il-Masters Konġunti Erasmus Mundus (EMJMD) huma mogħtija minn konsorzju internazzjonali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u, fejn rilevanti, minn imsieħba oħrajn b’għarfien espert u interess speċifiku fl-oqsma koperti mill-programm.

X’inhu t-tul ta' żmien?

EMJMD huwa programm ta' studju internazzjonali integrat ta' livell għoli b'60, 90 jew 120 kredit ECTS, jiġifieri minn minimu ta' 12-il xahar, sa massimu ta' 24 xahar. 

Min jista' japplika?

Studenti fil-livell ta’ Master's jistgħu japplikaw. Jistgħu japplikaw ukoll akkademiċi biex jieħdu sehem bħala għalliema jew akkademiċi mistiedna. L-applikazzjonijiet huma miftuħin għal individwi minn Pajjiżi tal-programm u Pajjiżi msieħbapdf(4.96 Mb) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  .

Fejn iseħħu l-Masters Konġunti?

L-istudju għandu jsir f’mill-inqas żewġ Pajjiżi tal-programm rappreżentati fil-konsorzju. Parti mill-istudji tista' ssir ukoll f’Pajjiż imsieħeb jekk tkun involuta istituzzjoni ta’ Pajjiż imsieħeb.

Kemm jistgħu jieħdu sehem parteċipanti?

Bejn 13 u 20 student li għandhom borża ta' studju u 4 lekċerers/akkademiċi mistiedna jistgħu jieħu sehem. Minbarra l-istudenti li għandhom borża ta’ studju, studenti li jiffinanzjaw l-istudji tagħhom stess jistgħu jirreġistraw ukoll.

Fejn napplika?

L-istudenti jew l-akkademiċi għandhom jikkuntattjaw lill-konsorzju li joffri l-Kors tal-Master's għal aktar informazzjoni dwar il-korsijiet u l-proċeduri ta' applikazzjoni.

Studji fil-livell ta’ dottorat

Huma offruti ħafna opportunitajiet lill-kandidati tad-dottorat u lir-riċerkaturi permezz tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska Curie.

Barra minn hekk, għadd limitat ta’ boroż ta’ studju se jiġu offruti lill-kandidati tad-dottorat biex jipparteċipaw fid-Dottorati Konġunti Erasmus Mundus. Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni huma l-istess bħall-EMJMD.

Il-kandidati jew l-akkademiċi għal dottorat għandhom jikkuntattjaw lill-konsorzju li joffri l-Korsijiet tad-Dottorati Konġunti għal aktar informazzjoni dwar il-korsijiet u l-proċeduri ta' applikazzjoni.

 

How can we help?