Mogħdija tan-navigazzjoni

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

X'inhi?

Fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu appoġġjati:

Sħubijiet strateġiċi - X'jinvolvu?

Sħubijiet Strateġiċi joffru l-opportunità għal organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, kif ukoll l-intrapriżi, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jikkooperaw sabiex jiġu implimentati prattiki innovattivi li jwasslu għal:

  • għoti ta' tagħlim bi kwalità għolja,
  • taħriġ,
  • tagħlim,
  • xogħol taż-żgħażagħ,
  • modernizzazzjoni istituzzjonali,
  • innovazzjoni tas-soċjetà.

Sħubijiet Strateġiċi huma transnazzjonali u jinvolvu minimu ta’ tliet organizzazzjonijiet minn tliet Pajjiżi differenti tal-Programm.

X’tip ta’ proġetti se jkunu appoġġjati?

Proġetti li jtejbu l-kwalità u l-innovazzjoni tat-tagħlim, l-iżvilupp ta’ kurrikula ġodda, il-bini ta’ pontijiet bejn is-setturi differenti tal-edukazzjoni u t-trawwim ta' forom aktar intensivi ta’ kooperazzjoni biex jinkisbu l-għanijiet ta’ modernizzazzjoni, inkluż użu aħjar ta’ riżorsi tal-edukazzjoni miftuħin.

Min jista’ jibbenefika?

L-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu jkun kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata, stabbilita f’Pajjiż tal-Programm. Organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħra jistgħu jieħdu sehem fil-proġett bħala mseħbin (mhux bħala applikanti ta’ koordinazzjoni), sakemm il-parteċipazzjoni tagħhom twassal għal valur miżjud ċar għall-proġett.

Istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja stabbiliti f'Pajjiż tal-Programm għandu jkollhom Karta ta' Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE). L-ECHE mhix meħtieġa għal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja parteċipanti f’Pajjiżi Mseħbin, iżda jridu jaċċettaw il-prinċipji tal-Karta ta' Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja.

X'inhu t-tul ta' żmien?

Il-proġetti għandhom idumu għal minimu ta’ sentejn u massimu ta’ tliet snin.

Kontribuzzjoni b'vidjow

Vidjow ta' rakkomandazzjoni minn Gareth Owens, il-koordinatur ta' Erasmus tal-Istitut tal-Edukazzjoni Teknoloġika ta' Kreta, il-Greċja, dwar l-opportunitajiet offruti mis-Sħubijiet Strateġiċi ta' Erasmus+ bejn istituzzjonijiet, negozji u organizzazzjonijiet ta' partijiet interessati.

Kif tapplika?

L-applikanti għandhom japplikaw billi jwieġbu għal sejħa annwali għal proposti. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija Nazzjonali tal-pajjiż li fih l-organizzazzjoni li qed tapplika hi stabbilita.

 

How can we help?