Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjattaforma Elettronika tat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa (EPALE)

Għal xiex?

Il-Pjattaforma Elettronika tat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa (EPALE)se tkun spazju onlajn għall-iskambju, il-wiri, u l-promozzjoni ta' metodi ta' prattika tajba fl-edukazzjoni għall-adulti, skedata li tkun onlajn lejn l-aħħar tal-2014.

L-individwi involuti fl-organizzazzjoni u l-għoti tal-edukazzjoni għall-adulti se jkollhom aċċess għall-pjattaforma tat-tagħlim għall-adulti li taqsam l-aħħar żviluppi u se jitgħallmu minn xulxin.

X'se tinvolvi?

EPALE se tappoġġa l-għanijiet li ġejjin:

  • tagħmel it-tagħlim tul il-ħajja u l-iskambju ta' esperjenzi realtà;
  • ittejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tat-tagħlim għall-adulti;
  • tippromwovi l-ugwaljanza, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva permezz tat-tagħlim għall-adulti.
Min jista' jieħu sehem?

Kwalunkwe persuna involuta fil-forniment u l-organizzazzjoni ta’ edukazzjoni għall-adulti, inklużi għalliema u staff ta’ amministrazzjoni, riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika, mezzi tax-xandir, eċċ. li jaħdmu f’organizzazzjonijiet tat-tagħlim għall-adulti fiil-pajjiżi parteċipanti se jkunu jistgħu jieħdu sehem, fost oħrajn. Kulħadd se jkun jista' jara kontenut ta' “aċċess miftuħ” onlajn.

Aktar informazzjoni se tkun ipprovduta hekk kif l-inizjattiva tiżviluppa.

 

How can we help?