Mogħdija tan-navigazzjoni

Kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet

Għal xiex?

Erasmus+ jipprovdi opportunitajiet għall-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti fl-Ewropa biex jaħdmu flimkien biex jiskambjaw prattiki ġodda f’oqsma ta’ interess komuni, jiġu żviluppati metodi ġodda, u titjieb il-kwalità.

Il-proġetti jistgħu jiffokaw fuq temi bħal ngħidu aħna ħiliet bażiċi u ċittadinanza attiva, kif ukoll fuq ħiliet li jiffaċilitaw l-impjieg u l-inklużjoni soċjali. Ix-xogħol mal-imsieħba minn pajjiżi differenti għandu jgħin biex jimmodernizza l-edukazzjoni għall-adulti fl-Ewropa kollha.

X'jinvolvi?

L-attività ta’ kooperazzjoni istituzzjonali tista' tinkludi dan li ġej:

  • L-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti. Int u l-istituzzjonijiet fi sħab miegħek tistgħu taħdmu flimkien biex ittejbu l-kwalità u l-opportunitajiet ta’ tagħlim. Dan jista' jinkludi ħidma ta' tagħlim jew avvenimenti konġunti għat-taħriġ tal-istaff;
  • L-iżvilupp u l-ittestjar ta' kurrikuli ġodda, metodi ta' tagħlim u metodi ta' edukazzjoni bl-użu ta' teknoloġiji u għodda ta' gwida;
  • Il-pjattaforma elettronika tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa (EPALE) għandha tipprovdik bi spazju interattiv onlajn biex tiskambja, turi, u tippromwovi l-aħjar prattiki fl-edukazzjoni għall-adulti.
Min jista' jieħu sehem?

Organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti mill-pajjiżi parteċipanti jistgħu japplikaw.

 

How can we help?