/education/file/european-day-languages-logo1jpg_mteuropean-day-languages-logo1.jpg

European Day of Languages

Dwar xiex inhu?

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi hu avveniment annwali li jsir fis-26 ta' Settembru. Hu jiċċelebra d-diversità lingwistika ta' kontinent li għandu

  • aktar minn 200 lingwa Ewropea
  • 24 lingwa uffiċjali tal-UE
  • madwar 60 lingwa reġjonali/minoritarja
  • u bosta oħrajn mitkellmin minn nies minn bnadi oħrajn tad-dinja

Għaliex jiġi ċċelebrat dan il-jum?

Din hi opportunità sabiex:

  • jitqajjem għarfien dwar il-varjetà wiesgħa tal-lingwi fl-Ewropa
  • jiġu promossi l-kultura u d-diversità lingwistika
  • in-nies fl-etajiet kollha jiġu mħeġġa sabiex jitgħallmu l-lingwi - l-għarfien ta' aktar minn lingwa waħda jagħmilha eħfef biex jinstab impjieg u jgħin lin-negozji jikbru

Min jorganizzah?

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa, li jirrappreżenta 800 miljun Ewropew minn 47 pajjiż. Jieħdu sehem fih ħafna istituti tal-lingwi u kulturali, assoċjazzjonijiet, universitajiet u, b'mod partikolari, l-iskejjel. Il-Jum tal-Lingwi ilu jiġi ċċelebrat kull sena minn meta ġie stabbilit fl-2001, is-Sena Ewropea tal-Lingwi.

X’qed jiġri fl-Ewropa?

Klassijiet tal-lingwi, logħob, diskorsi, konferenzi, programmi tar-radju, kompetizzjonijiet … kulma tista’ taħseb fih, qed jiġri xi mkien fl-Ewropa - sew fil-jum proprju jew fil-ġimgħat ta' qabel u wara s-26 ta' Settembru.
Iċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi 2017 magħna. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-avvenimenti f’pajjiżek: