Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-swieq tax-xogħol

L-istudju tas-swieq tax-xogħol huwa importanti għaliex dawn huma vitali għall-kompetittività ta’ l-ekonomija ta’ l-UE, illum u fil-ġejjieni. Id-DĠ ECFIN huwa responabbli mit-twettiq ta’ analiżi u ta’ evalwazzjoni ekonomika kemm fuq il-livell mikroekonomiku kif ukoll fuq il-livell makroekonomiku, u sabiex jagħti pariri politiċi dwar is-swieq tax-xogħol ta’ l-UE. Id-DĠ jimmonitorja u janalizza l-iżviluppi fis-swieq tax-xogħol u fl-ispejjeż tax-xogħol, it-tassazzjoni tax-xogħol u r-riformi ta’ l-istituzzjonijiet tas-swieq tax-xogħol.

07/05/2009

B’dan il-mod, id-DĠ ECFIN jagħti kontribut għall-valutazzjoni ta’ kemm huma xierqa u effettivi l-politiki ta’ l-UE fis-swieq tax-xogħol u fis-sistemi ta’ sigurtà soċjali, fil-qafas tas-sorvlejnza multilterali relatata ma’ l-istrateġija għat-Tkabbir u għall-Impjiegi (l-Istrateġija ta’ Liżbona).

L-attenzjoni hija ffokata fuq:

  • Kwistjonijiet tas-swieq tax-xogħol, inklużi l-pagi, it-tassazzjoni tax-xogħol u l-inċentivi finanzjarji għax-xogħol (is-sistemi fiskali u tal-benefiċċji);

  • Riformi tas-swieq tax-xogħol, partikolarment il-valutazzjoni ta’ l-impatt ġenerali tar-riformi fuq ir-rendiment makroekonomiku. Pereżempju, l-impatt tagħhom fuq il-kapaċità ta’ aġġustament, u l-kontribut probabbli tagħhom sabiex jitkabbar l-użu tal-ħaddiema u tittejjeb il-flessibbiltà ekonomika.

Fiż-żewġ oqsma, il-ħidma tikkonsisti f’sorveljanza/monitoraġġ u f’valutazzjoni regolari ta’ l-iżviluppi fl-Istati Membri kollha. Id-DĠ jipproduċi anki studji ad hoc u janalizza temi speċifiċi sabiex jagħti kontribut għat-tiswir tad-diskussjonijiet dwar il-politika ta’ l-UE u tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-politiki għas-swieq tax-xogħol.

Sabiex ikun żviluppat qafas effettiv għas-sorveljanza tas-swieq tax-xogħol id-DĠ ECFIN stabilixxa database (LABREF) estensiva li tiddeskrivi r-riformi ewlenija li ġew implimentati sa mill-2000. Din id-database nħolqot b’kooperazzjoni ma’ l-esperti mill-Istati Membri li huma membri tal-Grupp ta’ Ħidma għas-Suq tax-Xogħol, konness mal-Kumitat tal-Politika Ekonomika.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test