Mogħdija tan-navigazzjoni

L-anzjanità u l-politiki tal-istat soċjali

Fid-deċennji li ġejjin, il-proporzjon ta’ persuni anzjani f’pajjiżi tal-UE mistenni jogħla b’mod rapidu, filwaqt li l-proporzjon ta’ persuni bl-età tax-xogħol se jonqos b’mod sinifikanti. Għalkemm li n-nies jgħixu ħajja itwal hi kisba kbira, popolazzjonijiet li qed jikbru fl-età jippreżentaw ukoll sfidi sinifikanti għall-ekonomiji Ewropej u s-sistemi tal-istat soċjali tagħhom. It-tranżizzjoni demografika hi meqjusa bħala waħda mill-akbar sfidi li qed tiffaċċja l-UE.

L-Ewropa qed tikber fl-età. Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Kunsill Ewropew jirrikonoxxu li l-impatt tal-anzjanità tal-popolazzjoni fuq il-mudelli soċjali Ewropej jitlob reazzjoni b’saħħitha.

Rapport dwar l-anzjanità tal-2015

Ara L-iżviluppi demografiċi u l-projezzjonijiet għall-previżjonijiet skont il-pajjiż.

Għandna bżonn informazzjoni affidabbli u komparabbli dwar bidliet demografiċi futuri fl-Ewropa. Dawk li fil-futur se jfasslu l-politika se jiffaċċjaw sfidi ekonomiċi, baġitarji u soċjali. Il-projezzjonijiet juru fejn, meta u sa liema punt se jaċċelleraw il-pressjonijiet tal-anzjanità meta jirtiraw il-baby boomers u l-medja tal-ħajja tkompli tiżdied.

Bidliet marbuta mal-età se jkollhom impatt fuq

  • il-pensjonijiet
  • il-kura tas-saħħa fit-tul
  • l-edukazzjoni
  • it-trasferimenti tal-qgħad
  • id-diversi dibattiti ta’ politika fil-livell tal-UE.

Kif jintużaw il-projezzjonijiet

Il-projezzjonijiet huma użati:

  • fil-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-finanzji pubbliċi skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
  • fil-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni dwar il-pensjonijiet, il-kura tas-saħħa u l-inklużjoni soċjali
  • fl-analiżi dwar l-impatt ta’ popolazzjonijiet li qed jikbru fl-età fuq is-suq tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku potenzjali.

Id-DĠ ECFIN imexxi analiżi ekonomika ta’ din id-dejta sabiex jevalwa l-effetti potenzjali tal-bidla demografika. Hu jagħti wkoll pariri ta’ politika lill-gvernijiet nazzjonali.

Pubblikazzjonijiet dwar il-anzjanità demografika