Mogħdija tan-navigazzjoni

Ekonomiji li mhumiex fl-UE

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi esterni tal-UE huma strutturati b'sistema ta' ċrieki f'xulxin ibbażati fuq gradi ta' viċinanza.

Il-pajjiżi kandidati għandhom il-prospett isiru Stati Membri ladarba jissodisfaw il-kriterji ta' adeżjoni tal-UE.

Pajjiżi potenzjalment kandidati fl-Ewropa tax-Xlokk għadhom fil-proċess tat-tisħiħ tal-istituzzjonijet u l-ekonomiji tagħhom qabel ma jingħatalhom l-istatus ta' kandidati.

L-UE għandha relazzjonijiet speċjali wkoll ma' għadd ta' pajjiżi li mhumiex Ewropej li huma membri tal-G20, b'mod partikolari mal-ekonomiji l-aktar avvanzati, u importanti li qed jitfaċċaw fis-suq.

DG ECFIN jipprovdi analiżi tal-iżviluppi ekonomiċi u politiċi f'dawn l-ekonomiji, u jorganizza djalogi regolari mal-biċċa l-kbira tagħhom dwar kwistjonijet ta' politika ekonomika.

Minħabba l-importanza dejjem tiżdied tal-Ażja u l-Amerka Latina fl-ekonomija dinjija, l-UE qed tintensifika r-relazzjonijiet tagħha ma' dawn ir-reġjuni u mal-ekonomiji ewlenin tagħhom.

Il-pajjiżi tal-Afrika 'l isfel mis-Saħara, tal-Paċifiku u tal-Karibew ukoll jingħataw attenzjoni speċjali minħabba l-prevalenza għolja ta' faqar f'ħafna minn dawn il-pajjiżi u r-rabtiet storiċi b'saħħithom ma' xi Stati Membri.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test