Mogħdija tan-navigazzjoni

Kwistjonijiet ekonomiċi internazzjonali

B'mod ġenerali, l-interdipendenzi globali żdiedu b'mod konsiderevoli tul dawn l-aħħar għexur ta' snin. Il-UE tibbenefika minn dan il-proċess, li jwassal għal prosperità ekonomika. Il-Kummissjoni tappoġġja dan il-proċess billi tipprovdi analiżi u pariri dwar kwistjonijiet ekonomiċi internazzjonali rilevanti għall-UE u billi tippromwovi kooperazzjoni internazzjonali globali.

L-UE hija waħda mill-azzjonisti ekonomiċi ewlenin fid-dinja, b'madwar 30% tal-PGD globali u 20% tal-andament kummerċjali globali, filwaqt li l-ewro issa huwa munita internazzjonali ewlenija. L-esperjenza tal-UE hi unika f'termini ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali.

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi barranin tal-UE

Sabiex tmexxi dan il-proċess ta' żieda fl-interdipendenzi ekonimiċi u finanzjarji, l-Unjoni Ewropea żżomm djalogi ekonomiċi ma' bosta pajjiżi u istituzzjonijiet fid-dinja. L-għan aħħari hu li tkattar prosperità u stabilità ekonomika fl-UE u, filwaqt li sservi l-interessi tal-Unjoni, fil-bqija tad-dinja wkoll.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni jappoġġa dan billi jipprovdi analiżi u parir ta' politika dwar kwistjonijiet ekonomiċi internazzjonali rilevanti għall-UE, billi jferrex il-valuri u l-prinċipji tal-qafas ekonomiku tal-Unjoni u r-rakkomandazzjonijiet ta' politika f'pajjiżi oħra u billi jagħti sura għall-politiki ekonomiċi barranin tal-UE u għall-implimentazzjoni tagħhom. Dan jinkludi:

  • analiżi ekonomika u parir politiku għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki barranini tal-UE, pereżempju dwar it-tkabbir, Politika Ewropea tal-Viċinat, Sħubija tal-Lvant u l-politika ta’ żvilupp tal-UE;
  • negozzjazzjonijiet u djalogi regolari dwar l-aspetti ekonomiċi ta' relazzjonijiet bilaterali, pereżempju mal-pajjiżi kandidati tal-UE u mal-Pajjiżi tal-Viċinat tal-UE, mal-pajjiżi tal-G20 u f'ASEM; skambji regolari mal-banek multilaterali u tal-iżvilupp reġjonali;
  • żgurar tal-preżenza tal-Kummissjoni fil-fora ekonomiċi multilaterali (pereżempju, il-G7/G8, G10, G20, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, Bord għall-Istabilità Finanzjarja) u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (pereżempju, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Dinji, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp); kif ukoll
  • it-tmexxija tal-għajnuna makro-finanzjarja lejn pajjiżi terzi. Kollegament ma' DGs oħra li jiġġestixxu l-appoġġ tal-baġit fil-programmi varji ta' għajnuna barranija bil-għan li jiżguraw metodu konsistenti għall-issettjar tal-politika u l-implimentazzjoni ta' dawn il-ħidmiet u l-iżgurar tal-koordinazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra.

Il-lezzjonijiet u l-esperjenzi miġbura minn dawn l-attivitajiet imorru wkoll għall-analiżi u l-parir dwar il-politika li tifforma l-politiki fl-Unjoni, bi ħsieb partikolari dwar l-iżviluppi ekonomiċi globabli u l-effetti potenzjali tagħhom fuq EMU, is-sehem internazzjonali tal-ewro, ir-riforma tas-sistema monetarja internazzjonali, l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi barranin dinjin, ir-rappreżentanza barranija tal-UE u l-kwistjonijiet ekonomiċi speċifiċi għal kull pajjiż.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test