Mogħdija tan-navigazzjoni

Operazzjonijiet tas-suq finanzjarju

Id-DĠ ECFIN huwa inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ numru ta’ programmi u strumenti finanzjarji ta’ l-UE b’kooperazzjoni mill-viċin ma’ istituzzjonijiet finanzjarji prinċipali. Barra dan, huwa inkarigat mill-operazzjonijiet tas-suq finanzjarju assoċjati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi u strumenti.

L-operazzjonijiet tas-suq finanzjarju li jwettaq id-DĠ ECFIN ikopru riżorsi sostanzjali baġitarji u dawk barra l-baġit b’volum aggregat ta’ madwar €6 biljun.

Id-DĠ ECFIN huwa inkarigat mill-ġestjoni professjonali ta’ l-assi finanzjarji barra l-baġit, inkluż l-ECSC i.L. (Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar) kif ukoll ir-riżervi finanzjarji ta’ strumenti oħrajn li l-Kummissjoni hija fdata bil-ġestjoni tagħhom.

Barra dan, huwa jwettaq operazzjonijiet ta’ self. Dan jinkludi l-ikkuntrattar ta’ self ġdid kif ukoll il-ġestjoni ta’ self eżistenti, inkluż self konness ma’ għajnuna makro-finanzjarja (MFA), u self tal-Euratom.

Dawn l-attivitajiet barra l-baġit jeħtieġu kompetenza professjonali ta’ l-immaniġġar tar-riskji u tal-kontabbiltà. Iż-żamma tal-kontijiet ta’ l-istrumenti finanzjarji issir skond ir-regoli ta’ l-UE dwar iż-żamma tal-kontijiet ibbażati fuq l-iStandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà tas-Settur Pubbliku (IPSAS) u l-iStandards Internazzjonali ta' Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS).

Fl-aħħarnett, id-DĠ ECFIN huwa wkoll responsabbli mill-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni, li jitwaqqaf biex ikopri r-riskji għall-baġit ġenerali fejn jirrigwarda s-self, u l-garanziji għas-self, mogħtija lill-Istati terzi.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test