Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-finanzjament ta’ l-investiment

Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-finanzjament ta’ l-investiment f’impriżi u industriji Ewropej permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ programmi u strumenti finanzjarji. Id-DĠ ECFIN huwa inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ numru ta’ dawn il-programmi u strumenti.

Fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, ħafna mill-programmi ta’ finanzjament immaniġġati mid-DĠ ECFIN huma mmirati biex jipprovdu opportunitajiet ta’ finanzjament aħjar għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju Ewropej (SMEs).

Barra dan, id-DĠ ECFIN jimmaniġġa diversi programmi ta’ finanzjament oħrajn, bħal pereżempju programmi biex titjieb l-infrastruttura fl-Istati Membri ġodda u l-pajjiżi ġirien ta’ l-UE, jew biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija.

L-iskop ta’ azzjonijiet oħrajn huwa speċifikament li jkun inkoraġġit l-investiment f’kumpanniji li għadhom jibdew u f’setturi ta’ tkabbir għoli.

Id-DĠ ECFIN huwa wkoll inkarigat mill-għoti ta’ self tal-Euratom biex ikunu ffinanzjati b’mod parzjali l-investimenti fl-Istati Membri fiċ-ċiklu nukleari – li jfisser il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-iżmantellar ta’ impjanti nukleari ta’ l-enerġija – kif ukoll investimenti f’xi wħud mill-istati terzi għal titjib tas-sigurtà u l-effiċjenza fit-tħaddim ta’ l-impjanti ta’ l-enerġija nukleari u anki impjanti li jridu jitlestew jew ikunu mwaqqfa.

Fl-aħħarnett, id-DĠ ECFIN jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strumenti finanzjarji ġodda b’appoġġ lejn l-oqsma tal-politika ta' l-UE.

Innota! Huwa importanti li wieħed jinnota li d-DĠ ECFIN ma jipprovdix għajnuna finanzjarja diretta lil negozji jew intraprendituri individwali. Il-programmi msemmija normalment ikunu implimentati permezz ta’ netwerks ta’ intermedjarji finanzjarji jew fondi speċjalizzati, għand min għandhom jirreferu direttament dawk li jkunu interessati jekk ikunu jixtiequ japplikaw.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test