Mogħdija tan-navigazzjoni

Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji b{ var i = this._findIndexFromID(id);

Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-finanzjament ta’ l-investiment f’impriżi u industriji Ewropej permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ programmi u strumenti finanzjarji.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) huwa inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ numru minn dawn il-programmi u strumenti għall-investiment finanzjarju mill-baġit tal-Komunità. Il-finanzjament jgħaddi minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs) u minn programmi speċjalizzati bħal dawk immirati għall-SMEs u n-Netwerks trans-Ewropej.

TL-IFIs prinċipali li jipparteċipaw huma l-Grupp tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), inkluż il-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) u l-Bank Ewropew għall-Iżvilupp tal-Kunsill ta’ l-Ewropa (“CEB”), b'kooperazzjoni mal-Kreditanstalt für Wiederaufbau "KfW".

Id-DĠ ECFIN jassigura li jkun hemm il-koordinazzjoni meħtieġa bejn il-Kummissjoni u l-Grupp EIB u l-EBRD, u huwa rappreżentat fuq il-korpi governattivi ta’ dawn l-istituzzjonijiet.

Barra dan, huwa jieħu ħsieb l-operazzjonijiet finanzjarji ta’ kuljum assoċjati mal-programmi u l-implimentazzjoni tagħhom. Dawn l-operazzjonijiet ikopru riżorsi baġitarji u dawk li mhumiex koperti bil-baġit u jeħtieġu kompetenza speċjalizzata estensiva fil-qasam finanzjarju u bankarju.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test