Mogħdija tan-navigazzjoni

Koordinazzjoni mal-Grupp ta’ l-EIB u l-EBRD

Id-DĠ ECFIN huwa inkarigat mir-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-Grupp tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD).

Il-Grupp ta’ l-EIB huwa magħmul mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) u l-Fond Ewropew ta’ l-Investiment (EIF).

Il-kompitu ta’ l-EIB huwa li jikkontribwixxi, permezz tal-finanzjament ta’ l-investiment, għall-integrazzjoni, l-iżvilupp bilanċat u l-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ l-UE. Id-DĠ ECFIN huwa responsabbli mill-formulazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-orjentazzjoni strateġika ta’ l-EIB. Barra minn dan, id-DĠ ECFIN jikkoordina t-tħejjija ta’ l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità mar-regoli ta’ l-UE u ma’ l-oqsma tal-politika tal-proposti ta’ self ta’ l-EIB.

L-EIF jispeċjalizza fil-provvista ta’ kapital riskjuż u strumenti ta’ garanzija għall-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Id-DĠ ECFIN jippermetti li jkun hemm koordinazzjoni xierqa bejn l-EIF u dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni fuq kwistjonijiet speċifiċi li jqumu b’konnessjoni ma’ oqsma tal-politika u l-leġiżlazzjoni ta’ l-UE.

Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) huwa istituzzjoni finanzjarja internazzjonali mfassla biex tieħu ħsieb it-tranżizzjoni lejn ekonomiji miftuħa orjentati lejn is-suq u li jippromovi inizjattivi privati u intrapriniżmi fil-pajjiżi minn dawk ta’ l-Ewropa Ċentrali sa dawk ta’ l-Ażja Ċentrali. L-EBRD huwa l-proprjetà ta’ 61 pajjiż (inklużi l-Istati Membri ta’ l-UE kollha) il-Komunità Ewropea u l-EIB. Is-sehem globali ta’ l-UE huwa ta’ 63%. L-EBRD jipprovdi finanzjament għal proġetti prinċipalment għall-intrapriżi privati, normalment flimkien ma’ msieħba kummerċjali ta’ self oħrajn. Huwa jaħdem ukoll flimkien ma’ msieħba pubbliċi sabiex jappoġġja l-privatizzazzjoni, ir-ristrutturazzjoni u t-titjib tas-servizzi lokali.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test