Mogħdija tan-navigazzjoni

Ir-reazzjoni għall-kriżi finanzjarja

Responding to the financial crisis

Biex jevitaw kollass komplet tas-sistema bankarja, l-gvernijiet Ewropej kellhom isalvaw il-banek tagħhom b’sapport urġenti, fuq skala mingħajr l-ebda preċedent. 1.6 triljun euro, l-ekwivalenti ta’ 13% tal-PGD annwali tal-UE, kienu kommessi bejn l-2008 u l-2011. L-UE nediet ukoll programm ta’ tkabbir mifrux fl-Ewropa biex tħares ix-xogħolijiet u l-livelli ta’ protezzjoni soċjali u biex isostni l-investiment ekonomiku. F’dan il-mod, ġie evitat paniku bankarju u t-tfaddil tal-flus tal-Ewropej ġie protett.

L-euro żamm fil-wisa’ l-valur tiegħu u pproteġa b’suċċess il-pajjiżi taż-Żona Euro mill-agħar effetti tal-kriżi ekonomika, billi jipprovdi lill-kumpaniji tal-UE b’kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għan-negozju internazzjonali u l-investiment. Iżda dan l-isforz ħalla l-effetti tiegħu, speċjalment billi ħafna mill-flus kellhom jisselfu.

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja wriet li s-sistema bankarja fl-UE hija vulnerabbli għax-xokkijiet. Problema f'bank wieħed tista' tinxtered malajr għal banek oħra u għalhekk teffettwa d-depożitaturi l-investiment u l-ekonomija in ġenerali.

Bi tweġiba, l-UE u l-pajjiżi membri qed isaħħu s-superviżjoni tas-settur finanzjarju. Bħala parti mir-riformi  , is-sena l-oħra twaqqfu 3 entitatjiet Ewropej ta' superviżjoni biex jgħinu fil-koordinazzjoni tax-xogħol tar-regolaturi nazzjonali u jiżguraw li r-regoli fuq il-livell tal-UE jkunu applikati b'mod konsistenti.

  • L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), li għandha x'taqsam mas-superviżjoni tal-banek, inkluża s-superviżjoni tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek;
  • L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq  (ESMA), li għandha x'taqsam mas-superviżjoni tas-swieq kapitali u twettaq superviżjoni diretta fir-rigward tar-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u tar-repożitorji tal-kummerċ; u
  • L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), li għandha x'taqsam mas-superviżjoni tal-assigurazzjonijiet.

Superviżjoni Ewropea fiskali qed tingħata iktar importanza, biex tiżgura li l-banek huma kapitalizzati aħjar, iġibu ruħhom b’mod responsabbli u huma kapaċi jsellfu l-flus lil enitajiet domestiċi privati u negozji.

Din twitti t-triq għal unjoni bankarja, biex tiżgura li d-depożiti tan-nies huma protetti u l-persuni li jħallsu t-taxxi mhumiex sfurzati jħallsu għal falliment tal-banek.

L-Unjoni Bankarja hi komplement naturali għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Hi tindirizza d-dgħufijiet li kienu żvelati mill-kriżi. Dalwaqt il-banek f'kull pajjiż li juża l-euro se jirrapporta lill-kontrollur komuni, il-Bank Ċentrali Ewropew. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar kif għandu jkun ittrattat bank li qed ifalli se jittieħdu b'mod ċentrali, skont sett ta' regoli komuni li tfasslu biex tiġi mminimizzata l-ispiża lill-kontributuri tat-taxxi. Id-depożitanti mal-Ewropa kollha se jkunu wkoll protetti aħjar. Permezz ta' dawn il-miżuri u kważi 30 oħra, l-UE qed taħdem biex tibni settur finanzjarju aktar effettiv ibbażat fuq banek aktar b'saħħithom, aktar reżistenti u fuq regolamentazzjoni u superviżjoni aħjar.

Bħala l-awtorità indipendenti dwar il-politika monetarja taż-żona tal-euro, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kellu rwol importanti biex ma jħallix il-kriżi tinfirex permezz ta' politiki innovattivi. Id-deċiżjoni tal-istituzzjoni li tislef lill-banek dak kollu li kellhom bżonn b'rati baxxi u għal tul ta' tliet snin, għenet biex jikkalmaw is-swieq billi ġie żgurat li l-banek se jkunu kapaċi jkopru l-ħtiġijiet immedjati tagħhom.

Meta s-swieq finanzjarji saru tant ma jistgħux jaħdmu li kienu qed jitolbu qligħ għoli b'mod esaġerat biex isellfu lill-gvernijiet, il-BĊE fassal il-programm tat-Transazzjoni Monetarja Definittiva (OMT), li permezz tiegħu hu wiegħed li jixtri l-bonds ta' gvernijiet li kienu f'diffikultà biex tiġi żgurata rata raġonevoli, bil-kundizzjoni li huma jimpenjaw ruħhom ukoll fi programm ta' riformi ekonomiċi bil-fond ta' għajnuna taż-żona tal-euro, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.

Għalkemm ebda pajjiż qatt ma għadu talab lill-programm tal-OMT biex jintuża, is-sempliċi fatt li dan jeżisti għen biex jikkalma s-swieq finanzjarji.

Ikseb aktar tagħrif

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test