Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ekonomija dinjija

World economy

Bħala l-akbar qawwa kummerċjali fid-dinja, iż-żona tal-ewro hija destinazzjoni attraenti għal dawk in-nazzjonijiet kummerċjali li jridu jagħmlu negozju fis-suq uniku. In-negozji tażżona tal-ewro jistgħu joħorġu kontijiet u jħallsu bl-ewro u b’hekk inaqqsu l-ispejjeż u r-riskji tagħhom u jkunu jistgħu jwettqu ppjanar kummerċjali aħjar.

  • L-ewro hija munita ta’ riserva attraenti għall-pajjiżi l-oħra. Madwar 24% tar-riżervi madwar id-dinja bħalissa huma fl-ewro.
  • Is-saħħa tal-ewro u l-użu dejjem akbar tiegħu fil-kummerċ internazzjonali jagħti lill-ewro vuċi b’saħħitha flistituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD) u l-Bank Dinji. Filwaqt li l-pajjiżi tal-UE ta’ spiss huma rrappreżentati direttament fuq dawn il-korpi, il-Kunsill Ecofin, il-Kummissjoni u l-BĊE jieħdu sehem separatament jew bħala parti minn delegazzjoni tal-UE, fillaqgħat rilevanti ta’ dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

 Kwistjonijiet ekonomiċi internazzjonali

Key indicators (2012)

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test